+Artikolu 43c
---+Artikolu 43c 1.
---+Artikolu 43c 2.
---+Artikolu 43c 3.
---+Artikolu 43c 4.
---+Artikolu 43c 5.
---+Artikolu 43c 6.
---+Artikolu 43c 7.
---+Artikolu 43c 8.
---+Artikolu 43c 9.

Artikolu 43c

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43c 1.
B’deroga mill-Artikolu 17, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ tagħmir tar-radju speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 43c 2.
L-Istati Membri għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-tagħmir tar-radju speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(3).

It-tagħmir tar-radju soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala “oġġett rilevanti għall-kriżi”. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli u, meta dan ikun rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 43c 3.
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli mmedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(4).
Artikolu 43c 4.
Sakemm ma jiġix adottat att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 43c 5.
Il-manifatturi tat-tagħmir tar-radju soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li t-tagħmir tar-radju kkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.
Artikolu 43c 6.

Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom it-tagħmir tar-radju jista’ jitqiegħed fis-suq. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tal-proċeduri, li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva;

(b) 

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tat-tagħmir tar-radju kkonċernat;

(c) 

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d) 

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kkonċernat;

(e) 

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq.

Artikolu 43c 7.
B’deroga mill-Artikoli 9, 19 u 20, it-tagħmir tar-radju li għalih tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollu l-marka CE u l-Artikolu 9 ma għandux japplika.
Artikolu 43c 8.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru fejn awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali tagħmir tar-radju, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar dawn l-azzjonijiet.
Artikolu 43c 9.
L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 17.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0053
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.