►M2
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 3a(2), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 10(8), il-ħames subparagrafu, tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
◄ Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.