+Artikolu 47 Analiżi u rappurtaġġ
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
|
Artikolu 47 Analiżi u rappurtaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sat-12 ta’ Diċembru 2027, li jkopru l-perjodu mit-13 ta’ Ġunju 2023, u kull 5 snin wara dan. Ir-rapporti għandu jkun fihom preżentazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa mill-Istati Membri u jagħtu tagħrif dwar jekk inkisbitx il-konformità, u sa liema punt, mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż partikolarment ir-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi.
|
|
Artikolu 47 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-12 ta' Ġunju 2018 u mbagħad kull ħames snin. Ir-rapport għandu jkopri l-progress dwar it-tħejjija tal-istandards relevanti, kif ukoll kull problemi li jinqalgħu fil-kors tal-implimentazzjoni. Ir-rapport għandu wkoll jiddeskrivi fil-qosor l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Valutazzjoni tal-Konformità u s-Sorveljanza tas-Suq tat-Telekomunikazzjonijiet, jivvaluta l-progress fil-ksib ta' suq miftuħ kompetittiv għat-tagħmir tar-radju f'livell tal-Unjoni u jeżamina kif il-qafas regolatorju għad-disponibbiltà fis-suq u t-tqegħid fis-servizz tat-tagħmir tar-radju għandu jiġi żviluppat biex jinkiseb dan li ġej:
(a)
jiżgura li tinkiseb sistema koerenti f'livell tal-Unjoni għat-tagħmir tar-radju kollu;
(b)
jippermetti l-konverġenza tas-setturi tat-telekomunikazzjoni, awdjoviżivi u tat-teknoloġija tal-informatika;
(c)
jippermetti li l-miżuri regolatorji jiġu armonizzati f'livell internazzjonali.
(d)
jilħaq livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;
(e)
jiżgura li t-tagħmir tar-radju li jinġarr ikun kompatibbli mal-aċċessorji, partikolarment ċarġers komuni;
(f)
fejn it-tagħmir tar-radju jkun mgħammar bi skrin integrali, jippermetti l-wiri tal-informazzjoni mitluba fuq l-iskrin integrali.
|
|
Artikolu 47 3.
|
Sat-28 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-impatt tal-possibbiltà li jinxtara tagħmir tar-radju mingħajr ebda apparat tal-iċċarġjar u mingħajr kejbils, b’mod partikolari fir-rigward tal-konvenjenza tal-konsumatur, it-tnaqqis tal-iskart ambjentali, il-bidliet fl-imġiba u l-iżvilupp tal-prattiki tas-suq. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġislattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva biex tiġi introdotta separazzjoni obbligatorja tal-bejgħ tal-apparati u l-kejbils tal-iċċarġjar mill-bejgħ tat-tagħmir tar-radju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0053
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|