|
+ANNESS Ia SPEĊIFIKAZZJONIJIET U INFORMAZZJONI RELATATI MAL-IĊĊARĠJAR APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI KATEGORIJI JEW KLASSIJIET TA’ TAGĦMIR TAR-RADJU |
ANNESS Ia SPEĊIFIKAZZJONIJIET U INFORMAZZJONI RELATATI MAL-IĊĊARĠJAR APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI KATEGORIJI JEW KLASSIJIET TA’ TAGĦMIR TAR-RADJU
ANNESS Ia SPEĊIFIKAZZJONIJIET U INFORMAZZJONI RELATATI MAL-IĊĊARĠJAR APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI KATEGORIJI JEW KLASSIJIET TA’ TAGĦMIR TAR-RADJU Parti I Speċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar 1. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ din il-Parti taħt għandhom japplikaw għall-kategoriji jew klassijiet ta’ tagħmir tar-radju li ġejjin:
1.1.
mowbajls li jinżammu fl-idejn;
1.2.
tablets;
1.3.
kameras diġitali;
1.4.
kuffji;
1.5.
headsets;
1.6.
consoles tal-logħob bil-vidjo li jinżammu fl-idejn;
1.7.
Speakers portabbli;
1.8.
qarrejja elettroniċi;
1.9.
tastieri;
1.10.
mice;
1.11.
sistemi ta’ navigazzjoni portabbli;
1.12.
earbuds;
1.13.
laptops. 2. Sa fejn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta’ ċċarġjar bil-fili, il-kategoriji jew il-klassijiet tat-tagħmir tar-radju msemmija fil-punt 1 ta’ din il-Parti għandhom:
2.1.
ikunu mgħammra bir-reċipjent USB tat-Tip-C, kif deskritt fl-istandard ►M3 EN IEC 62680-1-3:2022 ◄ “Interfaċċi tal-universal serial bus għad-data u l-elettriku - Parti 1-3: Jenħtieġ li l-komponenti komuni - “Speċifikazzjoni tal-Kejbils u l-Konnetturi USB tat-Tip-C®”, u dak ir-reċipjent għandu jibqa’ aċċessibbli u operattivi l-ħin kollu;
2.2.
ikunu kapaċi li jiġu ċċarġjati b’kejbils li jikkonformaw mal-istandard ►M3 EN IEC 62680-1-3:2022 ◄ “Interfaċċi tal-universal serial bus għad-data u l-enerġija - Parti 1-3: Komponenti komuni - Speċifikazzjoni tal-Kejbils u l-Konnetturi USB tat-Tip-C®”. 3. Sa fejn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta’ ċċarġjar bil-fili b’vultaġġi ogħla minn 5 Volts, kurrenti ogħla minn 3 Amperes jew enerġija ogħla minn 15-il Watt, il-kategoriji jew il-klassijiet tat-tagħmir tar-radju msemmija fil-punt 1 ta’ din il-Parti għandhom:
3.1.
jinkorporaw it-Twassil tal-Enerġija bil-USB, kif deskritt fl-istandard ►M3 EN IEC 62680-1-2:2022 ◄ “Interfaċċi tal-universal serial bus għad-data u l-elettriku - Parti 1-2: Komponenti komuni - Speċifikazzjoni tat-Twassil tal-Enerġija bil-USB”;
3.2.
jiżguraw li kwalunkwe protokoll addizzjonali tal-iċċarġjar jippermetti l-funzjonalità sħiħa tal-Konsenja tal-Potenza USB imsemmija fil-punt 3.1., irrispettivament mill-apparat tal-iċċarġjar użat. Parti II Informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar u l-apparati tal-iċċarġjar kompatibbli Fil-każ ta’ tagħmir tar-radju li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(8), u tista’ ssir disponibbli wkoll permezz ta’ kodiċijiet QR jew soluzzjonijiet elettroniċi simili:
(a)
fil-każ tal-kategoriji jew il-klassijiet kollha ta’ tagħmir tar-radju li huma soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti I, deskrizzjoni tar-rekwiżiti tal-enerġija tal-apparati tal-iċċarġjar bil-fili li jistgħu jintużaw ma’ dak it-tagħmir tar-radju, inkluż l-enerġija minima meħtieġa biex jiġi ċċarġjat it-tagħmir tar-radju, u l-enerġija massima meħtieġa biex it-tagħmir tar-radju jiġi ċċarġjat bil-veloċità massima tal-iċċarġjar espressa f’Watts billi jintwera t-test: “il-potenza mwassla miċ-ċarġer trid tkun bejn minimu [xx] Watts meħtieġa mit-tagħmir tar-radju, u massimu [yy] Watts biex tinkiseb il-veloċità massima tal-iċċarġjar”. In-numru ta’ Watts għandu rispettivament jesprimi l-enerġija minima meħtieġa mit-tagħmir tar-radju, u l-enerġija massima meħtieġa mit-tagħmir tar-radju biex tinkiseb il-veloċità massima tal-iċċarġjar;
(b)
fil-każ ta’ tagħmir tar-radju li huwa soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Parti I deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar tat-tagħmir tar-radju, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz tal-iċċarġjar bil-fili b’vultaġġi ogħla minn 5 Volts jew kurrenti ogħla minn 3 amperes jew qawwa ogħla minn 15-il Watt, inkluża indikazzjoni li t-tagħmir tar-radju jappoġġa l-protokoll tal-iċċarġjar tat-Twassil tal-Enerġija bil-USB billi juri t-test “USB PD fast charging” [“USB PD iċċarġjar rapidu”] u indikazzjoni ta’ kwalunkwe protokoll ieħor tal-iċċarġjar appoġġat billi juri ismu f’format testwali. Parti III Pittogramma li tindika jekk l-apparat tal-iċċarġjar huwiex inkluż flimkien mat-tagħmir tar-radju jew le 1. Il-pittogramma għandu jkollha l-formati li ġejjin:
1.1.
Jekk apparat tal-iċċarġjar jiġi inkluż mat-tagħmir tar-radju:
1.2.
Jekk ma jiġi inkluż l-ebda apparat tal-iċċarġjar mat-tagħmir tar-radju:
2. Il-pittogramma tista’ tvarja fl-apparenza(eż. fir-rigward tal-kulur, solidu jew vojt, ħxuna tal-linja), sakemm tibqa’ viżibbli u leġġibbli. Jekk il-pittogramma tiċċekken jew titkabbar, għandhom jiġu rispettati l-proporzjonijiet stabbiliti fl-istampi fil-punt 1 ta’ din il-Parti. Id-dimensjoni " a " msemmija fil-punt 1 ta’ din il-Parti għandha tkun ikbar minn jew daqs 7 mm, irrispettivament mill-varjazzjoni. PARTI IV Kontenut u format tat-tikketta 1. It-tikketta għandu jkollha l-format li ġej:
2. L-ittri “XX” għandhom jiġu sostitwiti biċ-ċifra li tikkorrispondi għall-enerġija minima meħtieġa mit-tagħmir tar-radju biex jiċċarġja, li tiddetermina l-potenza minima li apparat tal-iċċarġjar jeħtieġ jipprovdi biex jiċċarġja t-tagħmir tar-radju. L-ittri “YY” għandhom jiġu sostitwiti biċ-ċifra li tikkorrispondi għall-enerġija massima meħtieġa mit-tagħmir tar-radju biex tinkiseb il-veloċità massima tal-iċċarġjar, li tiddetermina l-potenza li apparat tal-iċċarġjar jeħtieġ li tal-inqas jipprovdi biex tinkiseb dik il-veloċità massima tal-iċċarġjar. L-abbrevjazzjoni “USB PD” (USB Power Delivery [Twassil tal-Enerġija bil-USB]) għandha tiġi murija jekk it-tagħmir tar-radju jaċċetta dak il-protokoll ta’ komunikazzjoni għall-iċċarġjar. “USB PD” huwa protokoll li jagħraf l-aktar twassil mgħaġġel tal-kurrent mill-apparat tal-iċċarġjar għat-tagħmir tar-radju mingħajr ma titqassar il-ħajja tal-batterija. 3. It-tikketta tista’ tvarja fl-apparenza (eż. fir-riward tal-kulur, solidu jew vojt, ħxuna tal-linja), sakemm tibqa’ viżibbli u leġġibbli. Jekk it-tikketta tiċċekken jew titkabbar, għandhom jinżammu l-proporzjonijiet stabbiliti fl-istampa fil-punt 1ta’ din il-Parti. Id-dimensjoni " a " msemmija fil-punt 1 ta’ din il-Parti għandha tkun ikbar minn jew daqs 7 mm, irrispettivament mill-varjazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|