+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“fattura elettronika” tfisser fattura li tkun inħarġet, ġiet trasmessa u riċevuta f'format elettroniku strutturat li jippremetti l-ipproċessar awtomatiku u elettroniku tagħha;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“elementi prinċipali ta' fattura elettronika” tfisser sett ta' komponenti essenzjali ta' informazzjoni li fattura elettronika għandu jkun fiha sabiex tkun permessal-interoperabbiltà transkonfinali, inkluża l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità legali;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“mudell semantiku tad-data” tfisser sett strutturat u loġikament interrelatat ta' termini u t-tifsiriet tagħhom li jispeċifika l-elementi prinċipali ta' fattura elettronika;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“sintassi” tfisser il-lingwa li tinqara minn magna jew id-djalett użat biex jirrappreżenta l-elementi tad-data inklużi f'fattura elettronika;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“rabtiet sintattiċi” (“syntax binding”) tfisser linji gwida dwar kif mudell semantiku tad-data għal fattura elettronika jista' jiġi rappreżentat fis-sintassijiet differenti;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet kontraenti kif iddefiniti fil-punt (17) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/81/KE, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/23/UE u l-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“awtoritajiet kontraenti subċentrali” tfisser awtoritajiet kontraenti subċentrali kif iddefiniti fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“entità ċentrali ta' akkwist” tfisser entità ċentrali ta' akkwist kif iddefinita fil-punt (16) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet kontraenti kif iddefiniti fil-punt 17 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/81/KE, l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2014/23/UE u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“standard internazzjonali” tfisser standard internazzjonali kif iddefiniti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“standard Ewropew” tfisser standard Ewropew kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0055
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|