+DIRETTIVA 2014/55/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 (1)
------+Artikolu 2 (2)
------+Artikolu 2 (3)
------+Artikolu 2 (4)
------+Artikolu 2 (5)
------+Artikolu 2 (6)
------+Artikolu 2 (7)
------+Artikolu 2 (8)
------+Artikolu 2 (9)
------+Artikolu 2 (10)
------+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 3 Stabbiliment ta' standard Ewropew
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
---+Artikolu 4 Oġġezzjonijiet formali għall-istandard Ewropew
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
---+Artikolu 5 Żamma u aktar żvilupp tal-istandard Ewropew u l-lista ta' sintassijiet
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
---+Artikolu 6 Elementi prinċipali ta' fattura elettronika
------+Artikolu 6 (a)
------+Artikolu 6 (b)
------+Artikolu 6 (c)
------+Artikolu 6 (d)
------+Artikolu 6 (e)
------+Artikolu 6 (f)
------+Artikolu 6 (g)
------+Artikolu 6 (h)
------+Artikolu 6 (i)
------+Artikolu 6 (j)
------+Artikolu 6 (k)
------+Artikolu 6 (l)
------+Artikolu 6 (m)
---+Artikolu 7 Riċeviment u proċessar ta' fatturi elettroniċi
---+Artikolu 8 Protezzjoni tad-data
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
---+Artikolu 9 Użu tal-fatturi elettroniċi għal finijiet tal-VAT
---+Artikolu 10 Proċedura tal-kumitat
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
---+Artikolu 11 Traspożizzjoni
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
---+Artikolu 12 Rieżami
---+Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 14 Destinatarji
|
English -
European Union -
ICT -
DIRETTIVA 2014/55/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
DIRETTIVA 2014/55/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' April 2014
dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1)
|
Jeżistu diversi standards globali, nazzjonali, reġjonali u proprjetarji dwar il-fatturi elettroniċi u bħalissa dawn qed jintużaw fl-Istati Membri. L-ebda wieħed minn dawk l-istandards ma jipprevali, u l-biċċa l-kbira mhumiex interoperabbli ma' xulxin.
|
|
(2)
|
Fin-nuqqas ta' standard komuni, l-Istati Membri jiddeċiedu, huma u jippromwovu l-użu tal-fatturi elettroniċi fl-akkwist pubbliku jew meta jagħmlu l-użu tagħhom obbligatorju, li jiżviluppaw is-soluzzjonijiet tekniċi tagħhom stess ibbażati fuq standards nazzjonali separati. Għaldaqstant, l-għadd ta' standards differenti koeżistenti fl-Istati Membri kollha qed jiżdied u aktarx li ser ikompli jiżdied fil-futur.
|
|
(3)
|
Il-multipliċità ta' standards mhux interoperabbli tirriżulta f'kumplessità eċċessiva, f'inċertezza legali u fi spejjeż operazzjonali addizzjonali għall-operaturi ekonomiċi li jużaw fatturi elettroniċi fl-Istati Membri kollha. L-operaturi ekonomiċi li jkunu jixtiequ jwettqu attivitajiet ta' akkwist transkonfinali, spiss ikollhom jikkonformaw ma' standard ta' fatturazzjoni elettronika ġdid kull darba li jaċċessaw suq ġdid. Peress li dawn jiskoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi milli jwettqu attivitajiet ta' akkwist transkonfinali, ir-rekwiżiti legali u tekniċi diverġenti li jikkonċernaw il-fatturi elettroniċi jikkostitwixxu ostakoli għall-aċċess għas-suq fl-akkwist pubbliku transkonfinali, u ostakoli għall-kummerċ. Dawn jostakolaw il-libertajiet fundamentali u għalhekk għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern.
|
|
(4)
|
Dawn l-ostakoli għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni aktarx li ser jiżdiedu fil-futur, minħabba li qed jiġu żviluppati aktar standards nazzjonali u proprjetarji mhux interoperabbli u minħabba li l-użu ta' fatturi elettroniċi fl-akkwist pubbliku qed isir aktar mifrux jew qed isir obbligatorju fl-Istati Membri.
|
|
(5)
|
L-ostakoli għall-kummerċ transkonfinali li jirriżultaw mill-koeżistenza ta' diversi rekwiżiti legali u standards tekniċi dwar il-fatturazzjoni elettronika u min-nuqqas ta' interoperabbiltà, għandhom jitneħħew jew jitnaqqsu. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, għandu jiġi żviluppat standard komuni Ewropew għall-mudell semantiku tad-data tal-elementi prinċipali tal-fattura elettronika (l-“Istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika”). L-istandard għandu jistabbilixxi u jiddeskrivi l-elementi prinċipali li fattura elettronika għandu dejjem ikollha, b'hekk il-fatturi elettroniċi jkunu jistgħu jintbagħtu u jiġu rċevuti aktar faċilment minn sistemi li huma bbażati fuq standards tekniċi differenti. Dment li dawn ma joħolqux konflitt ma' dan l-istandard Ewropew, l-istandards tekniċi nazzjonali eżistenti la għandhom jiġu sostitwiti, u lanqas ma għandu l-użu tagħhom jiġi limitat, minn dan l-istandard, u għandu jibqa' jkun possibbli li jibqgħu jiġu applikati b'mod parallel mal-istandard Ewropew.
|
|
(6)
|
Billi tiżgura l-interoperabbiltà semantika u ttejjeb iċ-ċertezza legali, din id-Direttiva ser tippromwovi l-adozzjoni tal-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku, u b'hekk tippermetti lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kontraenti, lill-entitajiet kontraenti u lill-operaturi ekonomiċi biex jiġġeneraw benefiċċji sinifikanti fir-rigward ta' ffrankar, impatt ambjentali, u ta' tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi.
|
|
(7)
|
Il-benefiċċji tal-fatturazzjoni elettronika huma mmassimizzati meta fattura tiġi ġġenerata, tintbagħat, trasmessa, riċevuta u pproċessata b'mod awtomatiku għalkollox. Għal din ir-raġuni huma biss il-fatturi, li jinqraw minn magni u li jistgħu jiġu pproċessati b'mod awtomatiku u diġitali minn min jirċiviha, li għandhom jitqiesu konformi mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika. Fajl sempliċi b'immaġni ma għandux jitqies bħala fattura elettronika għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
|
|
(8)
|
L-għan tal-interoperabbiltà huwa li tippermetti l-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-informazzjoni b'mod konsistenti bejn sistemi ta' negozju, tkun xi tkun it-teknoloġija, l-applikazzjoni jew il-pjattaforma tagħhom. L-interoperabbiltà sħiħa tinkludi l-abbiltà ta' interoperabblità fi tliet livelli distinti: f'termini ta' kontenut tal-fattura (semantika), il-format jew il-lingwa użata (sintassi), u l-metodu ta' trasmissjoni. L-interoperabbiltà semantika timplika li l-fattura elettronika fiha ċertu ammont ta' informazzjoni meħtieġa, u li t-tifsira preċiża tal-informazzjoni skambjata tkun miżmuma u mifhuma, b'mod mhux ambigwu, indipendentement mill-mod li bih tkun fiżikament rappreżentata jew trasmessa. L-interoperabbiltà sintattika timplika li l-elementi tad-data ta' fattura elettronika jkunu ppreżentati f'format li jistgħu jiġu skambjati direttament bejn min jibgħat u min jirċievi u jiġu pproċessati awtomatikament. L-interoperabbiltà sintattika tista' tiġi żgurata b'mod wieħed jew b'żewġ modi, jiġifieri permezz tal-użu ta' sintassi komuni jew permezz tal-korrispondenza bejn sintassijiet differenti.
|
|
(9)
|
Hemm għadd kbir ta' sintassijiet li jintużaw. B'mod dejjem aktar frekwenti, l-interoperabbiltà sintattika hija żgurata permezz tal-korrispondenza. Dan il-metodu huwa effettiv jekk il-fattura jkun fiha l-elementi kollha tad-data meħtieġa fil-livell semantiku u jekk it-tifsira tagħhom ma tkunx ambigwa. Peress li dak mhuwiex frekwentement il-każ, jeħtieġ azzjoni biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà f'livell semantiku. Sabiex ikompli jiġi ssimplifikat l-użu tal-fatturazzjoni elettronika u biex jitnaqqsu l-ispejjeż, wieħed mill-objettivi fit-tul għandu jkun li jiġi limitat l-għadd ta' sintassijiet użati, preferibbilment billi l-konċentrazzjoni tkun fuq dawk li jintużaw b'mod l-aktar komuni.
|
|
(10)
|
L-istandardizzazzjoni tal-fatturazzjoni elettronika tikkomplementa wkoll l-isforzi biex tiġi promossal-adozzjoni tal-akkwist elettroniku kif rifless fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
|
|
(11)
|
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012 u tal-24 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li għandha tingħata prijorità lill-miżuri mmirati biex ikomplu jiżviluppaw il-kummerċ elettroniku transkonfinali u l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż billi tiġi ffaċilitata t-transizzjoni lejn il-fatturazzjoni elettronika u permezz ta' implimentazzjoni rapida tiegħu.
|
|
(12)
|
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012, il-Parlament Ewropew iffoka fuq il-frammentazzjoni tas-suq li tirriżulta mir-regoli nazzjonali dwar il-fatturazzjoni elettronika, enfasizza l-benefiċċji sostanzjali li ġġib magħha l-fatturazzjoni elettronika, u saħaq dwar l-importanza taċ-ċertezza tad-dritt, l-ambjent tekniku ċar u s-soluzzjonijiet dwar il-fatturazzjoni elettronika miftuħa u interoperabbli, ibbażati fuq rekwiżiti legali, proċessi kummerċjali u standards tekniċi komuni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Parlament Ewropew talab li l-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku ssir obbligatorja sas-sena 2016.
|
|
(13)
|
Il-Forum Ewropew Pluripartitiku dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-invoicing), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Novembru 2010 (6), adotta unanimament Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta' mudell semantiku tad-data li jappoġġa l-interoperabbiltà għall-fatturazzjoni elettronika f'Ottubru 2013.
|
|
(14)
|
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-fatturi elettroniċi li jkunu waslu għand l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, u li jkunu nħarġu b'konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta' kuntratti li għalihom tapplika d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), id-Direttiva 2014/24/UE, jew id-Direttiva 2014/25/UE. Il-fatturi elettroniċi li għandhom jiġu koperti b'din id-Direttiva huma biss dawk maħruġa mill-operatur ekonomiku li lilu jkun ingħata kuntratt pubbliku jew kuntratt ta' konċessjoni (il-kuntrattur prinċipali). Madankollu, meta l-Istati Membri jagħmlu provvediment għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi, f'konformità mal-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 88 tad-Direttiva 2014/25/UE, l-arranġamenti li għandhom jiġu ddeterminati fid-dokumenti tal-akkwist għandu jinkludi provvedimenti dwar jekk il-fatturazzjoni elettronika għandhiex tintuża jew le fir-rigward ta' pagamenti lis-sottokuntratturi. Għandu jiġi kkjarifikat li, meta jingħata kuntratt lil grupp ta' operaturi ekonomiċi, fil-fatt din id-Direttiva tapplika għall-fatturi elettroniċi maħruġa kemm mill-grupp kif ukoll mill-operaturi ekonomiċi individwali.
|
|
(15)
|
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kuntratti ta' konċessjoni li jinvolvu pagamenti jeħtieġu l-ħruġ ta' fatturi mill-operatur ekonomiku li ngħatalu l-kuntratt ta' konċessjoni. It-terminu “konċessjonijiet” huwa ddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23/UE. Il-kuntratti ta' konċessjoni għandhom bħala oġġett l-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi permezz ta' konċessjoni, li l-konsiderazzjoni tagħhom tikkonsisti mid-dritt tal-isfruttament tax-xogħlijiet jew is-servizzi jew f'dak id-dritt flimkien ma' pagament. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll fejn kuntratti ta' konċessjoni li jinvolvu pagamenti jirrikjedu li l-fatturi jinħarġu mill-operatur ekonomiku li lilu jkun ingħata kuntratt ta' konċessjoni.
|
|
(16)
|
Din id-Direttiva hija soġġetta għall-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva ma tapplikax għal fatturi elettroniċi maħruġa b'konsegwenza tat-twettiq ta' kuntratti (iddikjarati sigrieti jew li huma akkumpanjati minn miżuri ta' sigurtà speċjali) li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE, id-Direttiva 2014/24/UE, u d-Direttiva 2014/25/UE skont l-Artikoli 10(6), 15(3) u 24(3) tagħha rispettivament. Taħt l-istess kondizzjonijiet, f'din id-Direttiva għandha tiġi prevista esklużjoni speċifika għal fatturi elettroniċi maħruġa b'konsegwenza tat-twettiq ta' tali kuntratti (iddikjarati sigrieti jew akkumpanjati minn miżuri ta' sigurtà speċjali), li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE.
|
|
(17)
|
Id-definizzjonijiet użati f'din id-Direttiva għandhom ikunu allinjati mal-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku.
|
|
(18)
|
Il-Kummissjoni għandha tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) biex titlob lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti tabbozza standard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi tali talba hija soġġetta għall-proċedura ta' eżami msemmija fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
|
|
(19)
|
L-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika għandu jkun ibbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti żviluppati fil-qafas tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni bħas-CEN (CWA 16356-MUG u CWA 16562-CEN BII), u għandu jqis speċifikazzjonijiet tekniċi oħra rilevanti żviluppati fil-qafas tal-istandardizzazzjoni internazzjonali, bħall-UN/CEFACT (CII v. 2.0) u l-ISO (Fattura Finanzjarja bbażata fuq il-metodoloġija ISO 20022). Fit-twettiq tat-talba għall-istandardizzazzjoni, l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti għandha tqis ukoll ir-riżultati tal-Proġetti Pilota fuq Skala Kbira implimentati fil-qafas tal-Programm ta' Appoġġ għall-Politika tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-fatturazzjoni elettronika ta' korpi u organizzazzjonijiet rilevanti oħra li jintużaw b'mod mifrux mill-komunità kummerċjali. L-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika għandu jkun kompatibbli wkoll mal-istandards eżistenti għall-pagamenti sabiex jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tal-pagamenti.
|
|
(20)
|
Fit-talba tagħha lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha titlob li l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika jkun teknoloġikament newtrali sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, li tkun kompatibbli mal-istandards internazzjonali rilevanti dwar il-fatturazzjoni elettronika sabiex jiġi evitat li fornituri minn pajjiżi terzi jiltaqgħu ma' ostakoli tekniċi għall-aċċess għas-suq u biex ikun aktar faċli li l-fornituri Ewropej jibagħtu fatturi elettroniċi lix-xerrejja f'pajjiżi terzi, u li jkun konformi mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112/KE (11). Billi l-fatturi elettroniċi jista' jkun fihom data personali, il-Kummissjoni għandha titlob ukoll li l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika jieħu kont tal-protezzjoni tad-data personali, f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn, il-proporzjonalità u l-mimimizzazzjoni tad-data. Minbarra dawk ir-rekwiżiti minimi, fit-talba tagħha lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina rekwiżiti oħrajn fir-rigward tal-kontenut tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u skadenza għall-adozzjoni tiegħu.
|
|
(21)
|
Sabiex jiġi żgurat li anke l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku, l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika għandu jagħmilha possibbli li jiġu stabbiliti sistemi ta' fatturazzjoni elettronika faċli għall-utent, jiġifieri li jinftiehmu faċilment u jistgħu jintużaw faċilment. F'dan ir-rigward, għandu jitqies ukoll il-fatt li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari, kif ukoll awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti iżgħar għandhom għadd limitat ta' persunal u riżorsi finanzjarji limitati.
|
|
(22)
|
L-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika għandu jkun adatt ukoll għall-użu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-intrapriżi. Għalhekk, sabiex l-operaturi ekonomiċi privati jkunu jistgħu jużaw l-istandard il-ġdid fil-kuntatti kummerċjali tagħhom ma' xulxin, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istandard ma jiġix żviluppat b'mod li jkun adatt biss għall-użu fil-qasam tal-akkwist pubbliku.
|
|
(23)
|
Fatturi maħruġa f'setturi kummerċjali differenti jistgħu jirrikjedu l-inklużjoni ta' informazzjoni speċifika għal dawk is-setturi. Madankollu, għadd limitat ta' elementi standard komuni għandhom jiġu inklużi fil-fatturi kollha. Il-preżenza ta' dawk l-elementi hija indispensabbli sabiex jiġi vverifikat jekk il-fattura tirriflettix adegwatament it-transazzjoni sottostanti tan-negozju u biex jiġi żgurat li l-fattura hija legalment valida. Lista b'tali elementi meħtieġa għall-finijiet ta' VAT hija pprovduta mid-Direttiva 2006/112/KE. L-istandard Ewropew dwar il- fatturazzjoni elettronika għandu jkun konsistenti ma' dan is-sett ta' elementi.
|
|
(24)
|
L-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika għandu jiddefinixxi l-elementi semantiċi tad-data li jirreferu, b'mod partikolari, għad-data komplimentari dwar il-bejjiegħ u x-xerrej, l-identifikaturi tal-proċess, l-attributi tal-fattura, id-dettalji dwar l-oġġetti fuq il-fattura, l-informazzjoni dwar il-kunsinna tagħhom, u d-dettalji u l-kondizzjonijiet tal-pagament. L-elementi prinċipali ta' fattura elettronika għandhom jiġu inklużi f'kull fattura elettronika. Dan għandu jiżgura applikazzjoni ċara u uniformi tal-fatturazzjoni elettronika.
|
|
(25)
|
Waqt li dak li jibgħat il-fattura elettronika għandu jibqa' jkollu l-possibbiltà li jiggarantixxi l-awtentiċità tal-oriġini u l-integrità tal-kontenut tal-fattura b'diversi metodi, inkluż permezz ta' firma elettronika, sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2006/112/KE, l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika ma għandux jinkludi rekwiżit għal firma elettronika bħala wieħed mill-elementi tiegħu.
|
|
(26)
|
Sabiex jiġu evitati spejjeż u piżijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti għandha tintalab tidentifika lista ta' għadd limitat ta' sintassi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika. Dik il-lista ma għandhiex tifforma parti mill-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika. Is-sintassi identifikati jridu jkunu diġà użati b'mod mifrux u b'suċċess mill-operaturi ekonomiċi u mill-awtoritajiet kontraenti. Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata l-implimentazzjoni mill-Istati Membri, l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti għandha tintalab tipprovdi rabtiet sintattiċi (syntax bindings) adegwati mill-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika mas-sintassijiet kollha identifikati fil-lista. Ir-rabtiet sintattiċi huma linji gwida dwar kif l-istandard jista' jiġi rrappreżentat fid-diversi sintassijiet. Dan ir-riżultat tal-istandardizzazzjoni għandu jikkomplementa l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista tas-sintassijiet.
|
|
(27)
|
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni għandha tintalab ukoll tabbozza linji gwida dwar l-interoperabbiltà tat-trasmissjoni. Dawk il-linji gwida m'għandhomx jifformaw parti mill-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika jew ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti.
|
|
(28)
|
Qabel l-introduzzjoni tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-Istati Membri, l-applikazzjoni prattika tal-istandard għandha tiġi ttestjata b'mod suffiċjenti. Din il-valutazzjoni għandha ssir matul il-proċess ta' tfassil tal-istandard. Dik il-valutazzjoni għandha tinvolvi lill-utenti aħħarin, u għandha tindirizza, b'mod partikolari, l-aspetti tal-prattiċità u l-faċilità tal-użu, u għandha turi li l-istandard jista' jiġi implimentat b'mod kosteffettiv u proporzjonat.
|
|
(29)
|
Fejn l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista ta' sintassijiet li jikkonformaw mal-istandard abbozzati mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, jissodisfaw ir-rekwiżiti li jinsabu fit-talba tal-Kummissjoni lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, u fejn l-istandard ikun ġie ttestjat, ir-referenzi tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista ta' sintassijiet għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
(30)
|
Id-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-istandard u riżultati oħra tal-istandardizzazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Madankollu, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġi stipulat li d-deċiżjoni jekk ir-referenzi għall-istandard u l-lista ta' sintassijiet jiġux ppubblikati, ma jiġux ppubblikati jew jiġux ippubblikati b'restrizzjoni, tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami. Madankollu, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 rigward oġġezzjonijiet formali għal standards armonizzati.
|
|
(31)
|
L-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jirrevedu u jaġġornaw b'mod regolari l-istandards b'reazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi. Fid-dawl tan-natura rapida ta' tali żviluppi fis-settur tal-ICT, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' titlob li l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti tirrevedi u taġġorna l-istandard dwar il-fatturazzjoni elettronika sabiex jittieħed kont ta' dawk l-iżviluppi u tiġi żgurata interoperabbiltà kontinwa.
|
|
(32)
|
Sabiex tirreaġixxi għall-iżviluppi teknoloġiċi jew għar-rekwiżiti tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tirrevedi u taġġorna l-lista ta' sintassijiet. Fil-każ li jkun hemm aktar aġġustamenti kumplessi, il-Kummissjoni għandha tkun tista' wkoll titlob li l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti tirrevedi u taġġorna l-lista ta' sintassijiet.
|
|
(33)
|
Fejn tikkunsidrah neċessarju li tiġi żgurata l-interoperabbiltà sħiħa u kontinwa, sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi teknoloġiċi jew biex jiġi limitat l-għadd ta' sintassijiet li għandhom jintużaw, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrevedi u taġġorna l-lista ta' sintassijiet diġà ppubblikata. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-lista ta' sintassijiet identifikati, rieżaminati u aġġornati mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti.
|
|
(34)
|
Malli jiskadi ż-żmien għat-traspożizzjoni stabbilit f'din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati li jirċievu u jipproċessaw fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u ma' kwalunkwe sintassi fuq il-lista ppubblikata mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għaldaqstant ma għandhomx jirrifjutaw fatturi elettroniċi li jilħqu l-kondizzjonijiet ta' hawn fuq unikament minħabba nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti (pereżempju rekwiżiti nazzjonali jew rekwiżiti speċifiċi għas-settur, jew rekwiżiti tekniċi addizzjonali ta' kwalunkwe tip) għajr dawk previsti speċifikament f'din id-Direttiva. Madankollu, raġunijiet konvinċenti oħra għal rifjut, bħal dawk li jirrigwardaw raġunijiet kuntrattwali, m'għandhomx jiġu affettwati b'dan l-obbligu. Qabel ma jħallsu l-fattura, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti f'kull każ għandhom jibqgħu jkunu liberi li jivverifikaw jekk il-kontenut tal-fattura elettronika jirriflettix b'mod korrett id-dettalji tat-transazzjoni kummerċjali sottostanti (pereżempju jekk l-ammont tal-fattura jkunx korrett) u jekk il-fattura ġietx indirizzata lid-destinatarju korrett. L-obbligu li fatturi elettroniċi ma jiġux irrifjutati f'konformità ma' din id-Direttiva huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/7/UE (13).
|
|
(35)
|
Din id-Direttiva għandha tirrikjedi biss lir-riċevituri ta' fattura, jiġifieri l-awtoritajiet kontraenti, il-korpi ċentrali ta' akkwist u l-entitajiet kontraenti, li jaċċettaw u jipproċessaw il-fatturi elettroniċi. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' min jibgħat il-fattura li jagħżel bejn li jippreżenta l-fattura f'konformità mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, f'konformità ma' standards nazzjonali jew tekniċi oħra, jew fuq il-karta. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex tippreveni lill-Istati Membri milli jordnaw li l-fatturi elettroniċi biss jistgħu jiġu ppreżentati fil-qafas ta' akkwist pubbliku. Fejn min jibgħat il-fattura jagħżel li jippreżenta l-fattura billi juża l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, l-obbligu tar-riċevitur li jirċeviha u jipproċessaha għandu japplika biss jekk il-fattura tkun f'waħda mis-sintassijiet inklużi fil-lista ta' sintassijiet ippublikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-fatt li min jibgħat il-fattura jagħmel użu mis-servizzi ta' parti terza biex jittraduċi bejn is-sintassi tiegħu stess u waħda minn dawk fuq il-lista.
|
|
(36)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u ħareġ opinjoni fil-11 ta' Novembru 2013 (15). Fl-opinjoni tiegħu huwa ppubblika rakkomandazzjonijiet sabiex fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tkun żgurata protezzjoni tad-data suffiċjenti. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu meta jitfassal l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u meta tiġi pproċessata data personali mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. B'mod partikolari għandu jiġi ċċarat li l-liġijiet eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data japplikaw ukoll fil-qasam tal-fatturazzjoni elettronika, u li għal skopijiet ta' trasparenza u responsabbiltà, il-pubblikazzjoni ta' data personali għandha tkun f'konformità mal-protezzjoni tal-privatezza.
|
|
(37)
|
Peress li d-Direttiva 2006/112/KE fiha regoli dwar l-fatturazzjoni, inkluż dwar il-fatturazzjoni elettronika, ir-relazzjoni tagħha ma' din id-Direttiva għandha tiġi ċċarata. Din id-Direttiva għandha objettiv differenti, għandha kamp ta' applikazzjoni li hu differenti minn dak tad-Direttiva 2006/112/KE u għalhekk, ma taffettwax id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' fatturi elettroniċi għall-finijiet tal-VAT li jinsabu fiha. B'mod partikolari, l-Artikolu 232 tad-Direttiva 2006/112/KE jirregola r-relazzjonijiet bejn il-partijiet kummerċjali u għandha l-għan li tiżgura li l-użu ta' fatturi elettroniċi minn min jibgħathom ma jistax jiġi impost fuq ir-riċevitur. Madankollu, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu obbligu fuq l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jirċievu fatturi elettroniċi taħt ċerti kondizzjonijiet.
|
|
(38)
|
Sabiex l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jħejju adegwatament u jieħdu miżuri tekniċi li, wara l-istabbiliment tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-approvazzjoni l-lista ta' sintassijiet, huma meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u fid-dawl tal-ħtieġa għal implimentazzjoni rapida tal-fatturazzjoni elettronika, għandha titqies ġustifikata skadenza għat-traspożizzjoni ta' 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u tal-lista ta' sintassijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B'deroga minn din l-iskadenza ġenerali għat-traspożizzjoni u sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tal-fatturazzjoni elettronika għal ċerti awtoritajiet kontraenti, bħall-awtoritajiet kontraenti u l-impriżi pubbliċi lokali u reġjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipposponu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-awtoritajiet kontraenti subċentrali u l-entitajiet kontraenti sa 30 xahar wara l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u tal-lista ta' sintassijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-possibbiltà li tiġi posposta l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-korpi ċentrali tal-akkwist.
|
|
(39)
|
Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jinżammu informati b'mod sħiħ u regolari dwar il-progress tal-ħidma f'termini tal-iżvilupp tal-istandard u r-riżultati ta' standardizzazzjoni relatati li għandhom jitwettqu mill-organizzazzjoni Ewropea ta' standardizzazzjoni rilevanti. Dan għandu jippermetti li l-Istati Membri jwettqu l-ħidma preparatorja meħtieġa bil-għan li titlesta l-implimentazzjoni fl-iskadenzi maqbula.
|
|
(40)
|
Billi l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti ser ikunu jistgħu jaċċettaw fatturi elettroniċi li jikkonformaw ma' standards oħra għajr l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, kif ukoll fatturi stampati, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-leġislazzjoni nazzjonali, din id-Direttiva ma timponix spejjeż jew piż addizzjonali fuq l-intrapriżi, inklużi l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (16). Barra dan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jimminimizzaw l-ispiża tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika għall-utenti tiegħu, b'mod partikolari għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea kollha.
|
|
(41)
|
Meta jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u ta' awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti iżgħar, u għandhom joffru l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti u lill-fornituri kollha, biex b'hekk ikun jista' jintuża l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika. Barra minn hekk, għandhom ikunu previsti miżuri ta' taħriġ, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju.
|
|
(42)
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-adattazzjonijiet tekniċi u proċedurali li jinħtieġ li jitwettqu mill-partijiet kollha involuti fl-akkwist pubbliku sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jagħmlu l-assistenza tal-Fondi Strutturali disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti, u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju eliġibbli kollha.
|
|
(43)
|
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u fir-rigward tat-tfassil, il-limitazzjoni u r-rieżami tal-lista ta' sintassijiet, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-lista ta' sintassijiet minħabba l-fatt li huma jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u jiżguraw l-interoperabbiltà u reazzjoni rapida għal żviluppi teknoloġiċi. Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża wkoll għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, peress li dawk l-atti jista' jkollhom konsegwenzi fuq l-obbligu li jiġu rċevuti u proċessati fatturi elettroniċi.
|
|
(44)
|
Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-tneħħija ta' ostakoli għas-suq u ostakoli għall-kummerċ li jirriżultaw mill-eżistenza ta' regoli u standards nazzjonali diverġenti, u li tiġi żgurata l-interoperabbiltà, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda li jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif jinsab f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi,
|
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
|
|
Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
|
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-fatturi elettroniċi maħruġa b'konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta' kuntratti li għalihom japplikaw id-Direttiva 2009/81/KE, id-Direttiva 2014/23/UE, id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/25/UE.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal fatturi elettroniċi maħruġa b'konsegwenza tat-twettiq ta' kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, fejn l-akkwist u t-twettiq tal-kuntratt ikunu ddikjarati sigrieti jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri speċjali ta' sigurtà f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru, u dment li l-Istat Membru jkun iddetermina li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jistgħux jiġu garantiti b'miżuri inqas intrużivi.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Artikolu 3 Stabbiliment ta' standard Ewropew
|
|
|
Artikolu 4 Oġġezzjonijiet formali għall-istandard Ewropew
|
|
|
Artikolu 5 Żamma u aktar żvilupp tal-istandard Ewropew u l-lista ta' sintassijiet
|
|
|
Artikolu 6 Elementi prinċipali ta' fattura elettronika
|
L-elementi prinċipali ta' fattura elettronika huma, fost oħrajn:
|
|
Artikolu 7 Riċeviment u proċessar ta' fatturi elettroniċi
|
Artikolu 7
Riċeviment u proċessar ta' fatturi elettroniċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jirċievu u jipproċessaw fatturi elettroniċi li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika li r-referenza għalih ġiet ippubblikata skont l-Artikolu 3(2) u ma' kwalunkwe sintassi fil-lista ppubblikata skont l-Artikolu 3(2).
|
|
Artikolu 8 Protezzjoni tad-data
|
|
|
Artikolu 9 Użu tal-fatturi elettroniċi għal finijiet tal-VAT
|
Artikolu 9
Użu tal-fatturi elettroniċi għal finijiet tal-VAT
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE.
|
|
Artikolu 10 Proċedura tal-kumitat
|
|
|
Artikolu 11 Traspożizzjoni
|
|
|
Artikolu 12 Rieżami
|
Artikolu 12
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effetti ta' din id-Direttiva fuq is-suq intern u fuq l-adozzjoni tal-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku u għandha tippreżenta rapport dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien tliet snin mill-iskadenza tal-posponiment massimu ffissata għall-awtoritajiet subċentrali fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2). Fejn adatt, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt b'rabta mal-ħtieġa għal aktar azzjoni.
|
|
Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 13
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 14 Destinatarji
|
Artikolu 14
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
(1)
ĠU C 79, 6.3.2014, p. 67
(2) Opinjoni tad-28 ta' Novembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014.
(4) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(5) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(6) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni) (ĠU C 326, 3.12.2010, p. 13).
(7) Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).
(8) Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(10) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(12) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(13) Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(15)
ĠU C 38, 8.2.2014, p. 2.
(16) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0055
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|