|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) “min jagħmel ir-rapport” tfisser persuna fiżika li tirrapporta okkorrenza skont dan ir-Regolament; (2) “inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe magna li tista' tikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja għajr ir-reazzjonijiet tal-arja ma' wiċċ id-dinja; (3) “inċident” tfisser “inċident” fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 996/2010; (4) “inċident serju” tfisser “inċident serju” fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 996/2010; (5) “aċċident” tfisser “aċċident” fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 996/2010; (6) “informazzjoni deidentifikata” tfisser informazzjoni li tirriżulta mir-rapporti dwar l-okkorrenzi li minnhom tkun tneħħiet id-data personali kollha bħall-ismijiet jew l-indirizzi ta' persuni fiżiċi; (7) “okkorrenza” tfisser kwalunkwe avveniment relatat mas-sikurezza li jipperikola jew li, jekk ma jiġix ikkoreġut jew indirizzat, jista' jipperikola lill-inġenju tal-ajru, lil min ikun qiegħed abbord jew lil kwalunkwe persuna oħra u jinkludi b'mod partikolari aċċident jew inċident serju; (8) “organizzazzjoni” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li tipprovdi prodotti tal-avjazzjoni u/jewli timpjega persuni, tikkonkludi kuntratti magħhom jew tuża s-servizzi ta' persuni li jkunu meħtieġa jirrappurtaw l-okkorrenzi f'konformità mal-Artikolu 4(6); (9) “anonimizzazzjoni” tfisser it-tneħħija mir-rapporti dwar l-okkorrenzi tad-dettalji personali kollha, li jirrelataw ma' min jagħmel ir-rapport u lill-persuni msemmijin fir-rapporti dwar l-okkorrenza u kwalunkwe dettall, inkluż l-isem tal-organizzazzjoni(jiet) involut(i) fl-okkorrenza, li jista' jiżvela l-identità ta' min jagħmel ir-rapport, jew ta' parti terza, jew li jwassal biex din l-informazzjoni tkun tinftiehem mir-rapport dwar l-okkorrenza; (10) “periklu” tfisser sitwazzjoni jew oġġett bil-potenzjal li jikkawża mewt jew ħsara lill-persuna, dannu lil tagħmir jew strutturi, telf ta' materjal, jew tnaqqis tal-kapaċità ta' persuna li twettaq funzjoni preskritta; (11) “awtorità għall-investigazzjoni tas-sikurezza” tfisser l-awtorità permanenti nazzjonali għall-investigazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili li twettaq jew tikkontrolla l-investigazzjonijiet tas-sikurezza kif jingħad fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010; (12) “kultura ġusta” tfisser kultura fejn l-operaturi fuq quddiem nett jew persuni oħra ma jiġux penalizzati għal azzjonijiet, omissjonijiet jew deċiżjonijiet li jkunu ħadu u li jkunu proporzjonati għall-esperjenza u għat-taħriġ tagħhom, iżda li fiha ma jiġux tollerati negliġenza gravi, ksur volontarju u atti ta' qerda; (13) “punt ta' kuntatt” tfisser: (a) meta ssir talba għall-informazzjoni minn parti interessata stabbilita fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 6(3); (b) meta t-talba għal informazzjoni ssir minn parti interessata stabbilita barra l-Unjoni, il-Kummissjoni; (14) “parti interessata” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe korp uffiċjali, kemm jekk għandha personalità ġuridika u kemm jekk le, li tinsab f'pożizzjoni li tipparteċipa fit-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni, billi jkollha aċċess għal informazzjoni dwar okkorrenzi skambjati mill-Istati Membri, u li taqgħa taħt waħda mill-kategoriji tal-partijiet interessati stipulati fl-Anness II; (15) “Programm għas-Sikurezza tal-Istat” tfisser sett integrat ta' atti legali u ta' attivitajiet bl-għan li tiġi ġestita s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi Stat Membru; (16) “Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni” tfisser il-valutazzjoni ta' kwistjonijiet ta' sikurezza u l-pjan ta' azzjoni relatat fil-livell Ewropew; (17) “Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni” tfisser is-sett ta' Regolamenti integrati fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-attivitajiet u l-proċessi użati għall-ġestjoni konġunta tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-livell Ewropew; (18) “sistema għall-ġestjoni tas-sikurezza” tfisser approċċ sistematiku għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni li jinkludi l-istrutturi organizzattivi, ir-responsabbiltajiet, il-politiki u l-proċeduri meħtieġa u jinkludi kwalunkwe sistema ta' ġestjoni li, b'mod indipendenti jew integrat ma' sistemi ta' ġestjoni oħra tal-organizzazzjoni, tindirizza l-ġestjoni tas-sikurezza; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|