|
+Artikolu 10 Disseminazzjoni ta' informazzjoni maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew ---+Article 10 1. ---+Article 10 2. ---+Article 10 3. ---+Article 10 4. |
Artikolu 10 Disseminazzjoni ta' informazzjoni maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali EwropewArtikolu 10 Disseminazzjoni ta' informazzjoni maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew 1. Kwalunkwe entità li tiġi fdata biex tirregola s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, jew kwalunkwe awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza fi ħdan l-Unjoni għandu jkollha aċċess sigur u sħiħ online għall-informazzjoni dwar l-okkorrenzi miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew. L-informazzjoni għandha tintuża f'konformità mal-Artikoli 15 u 16. 2. Il-partijiet interessati elenkati fl-Anness II jistgħu jitolbu aċċess għal ċerta informazzjoni miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew. Il-partijiet interessati stabbiliti fi ħdan l-Unjoni għandhom jindirizzaw it-talbiet għall-informazzjoni lill-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru li jkunu stabbiliti fih. Il-partijiet interessati stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jindirizzaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat meta ssir talba skont dan il-paragrafu. 3. Soġġett għall-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010, skont dan l-Artikolu, l-informazzjoni miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew relatati ma' investigazzjonijiet tas-sikurezza li jkunu għaddejjin f'dak il-mument u li jkunu mmexxija f'konformità ma' dak ir-Regolament ma għandhiex tiġi żvelata lill-partijiet interessati. 4. Għal raġunijiet ta' sigurtà, il-partijiet interessati ma għandhomx ikollhom aċċess dirett għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|