|
+ANNESS II PARTIJIET INTERESSATI |
ANNESS II PARTIJIET INTERESSATIANNESS II PARTIJIET INTERESSATI (a) Lista ta' partijiet interessati li jistgħu jirċievu informazzjoni abbażi ta' deċiżjoni skont il-każ skont l-Artikolu 11(4) jew abbażi ta' deċiżjoni ġenerali taħt l-Artikolu 11(6): 1. Manifatturi: diżinjaturi u manifatturi ta' inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet u apparati tal-inġenji tal-ajru, u l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom; diżinjaturi u manifatturi ta' sistemi u kostitwenti għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM); diżinjaturi u manifatturi ta' sistemi u kostitwenti għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru (ANS); diżinjaturi u manifatturi ta' sistemi u tagħmir użati fil-parti tal-ajru tal-ajrudromi 2. Manutenzjoni: organizzazzjonijiet involuti fil-manutenzjoni jew ir-reviżjoni ta' inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet u apparati tal-inġenji tal-ajru; fl-installazzjoni, il-modifika, il-manutenzjoni, it-tiswija, ir-reviżjoni, il-kontroll tat-titjira jew l-ispezzjoni ta' faċilitajiet għan-navigazzjoni fl-ajru; jew fil-manutenzjoni jew bir-reviżjoni ta' sistemi, kostitwenti u tagħmir tal-parti tal-ajru f'ajrudromi 3. Operaturi: linji tal-ajru u operaturi ta' inġenji tal-ajru u assoċjazzjonijiet ta' linji tal-ajru u operaturi; operaturi tal-ajrudromi u assoċjazzjonijiet tal-operaturi tal-ajrudromi 4. Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru u fornituri ta' funzjonijiet speċifiċi ta' ATM 5. Fornituri ta' servizz ta' ajrudromi: organizzazzjonijiet inkarigati bis-servizzi ta' groundhandling tal-inġenji tal-ajru, li jinkludu l-għoti tal-fjuwil, it-tħejjija tal-folja tat-tagħbija, it-tagħbija, it-tneħħija tas-silġ u l-ittowjar f'ajrudrom, kif ukoll is-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar jew tal-emerġenza 6. Organizzazzjonijiet ta' taħriġ fl-avjazzjoni 7. Organizzazzjonijiet f'pajjiżi terzi: awtoritajiet governattivi għall-avjazzjoni u awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-inċidenti minn pajjiżi terzi 8. Organizzazzjonijiet internazzjonali tal-avjazzjoni 9. Riċerka: laboratorji, ċentri jew entitajiet pubbliċi jew privati; jew universitajiet impenjati fir-riċerka jew l-istudji tas-sikurezza tal-avjazzjoni (b) Lista ta' partijiet interessati li jistgħu jirċievu informazzjoni abbażi ta' deċiżjoni skont il-każ skont l-Artikoli 11(4) u (5): 1. Bdoti (fuq bażi personali) 2. Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru (fuq bażi personali) u persunal ieħor tal-ATM/ANS li jwettqu kompiti relatati mas-sikurezza 3. Inġiniera/tekniċi/ħaddiema tal-elettronika għas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru/maniġers tal-avjazzjoni (jew ajrudrom) (fuq bażi personali) 4. Korpi rappreżentattivi professjonali tal-ħaddiema li jwettqu kompiti relatati mas-sikurezza 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|