+ANNESS I APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE FIR-RIGWARD TAL-LIVELL TAL-ĦOSS TA' TIP TA' VETTURA
|
ANNESS I APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE FIR-RIGWARD TAL-LIVELL TAL-ĦOSS TA' TIP TA' VETTURA
ANNESS I APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE FIR-RIGWARD TAL-LIVELL TAL-ĦOSS TA' TIP TA' VETTURA 1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA' TIP TA' VETTURA
|
1.1.
|
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħha għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.
|
|
1.2.
|
Mudell tad-dokument ta' informazzjoni jinsab fl-Appendiċi 1.
|
|
1.3.
|
Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet. Fl-għażla tal-vettura rappreżentattiva tat-tip, is-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet għandu jagħmel hekk għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. Il-metodi tal-ittestjar virtwali jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar virtwali biex jgħinu fit-teħid ta' deċiżjonijiet matul il-proċess tal-għażla.
|
|
1.4
|
Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom jiġu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema tas-sajlenser u magna ta' mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima nominali bħal dik installata fil-vettura li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip.
|
2. IL-MARKI
|
2.1.
|
Il-komponenti tas-sistema tal-egżost u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom il-marki li ġejjin:
|
2.1.1.
|
il-marka kummerċjali jew l-isem tal-manifattur tas-sistemi u l-komponenti tagħhom;
|
|
2.1.2.
|
id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.
|
|
|
2.2.
|
Dawn il-marki msemmija fil-punti 2.1.1 u 2.1.2 għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux, anki meta s-sistema titwaħħal mal-vettura.
|
3. L-GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE GĦAL TIP TA' VETTURA
|
3.1.
|
Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu ssodisfati, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE f'konformità mal-Artikolu 9(3) u, jekk ikun applikabbli, l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2007/46/KE għandha tingħata.
|
|
3.2.
|
L-Appendiċi 2 tinkludi mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
|
|
3.3.
|
Numru tal-approvazzjoni skont l-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jkun assenjat lil kull tip ta' vettura approvata. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.
|
3.3.1.
|
Jekk it-tip ta' vettura jikkonforma mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 1 fl-Anness III, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni t-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “A”. Jekk it-tip ta' vettura jikkonforma mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 2 fl-Anness III, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “B”. Jekk it-tip ta' vettura jikkonforma mal-valuri ta' limitu tal-Fażi 3 fl-Anness III, it-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi segwit bl-ittra “C”.
|
|
4. EMENDI FL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP UE
Fil-każ ta' emendi għat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikoli 13, 14, 15, 16 u l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2007/46/KE. 5. IL-KONFORMITÀ TAL-ARRANĠAMENTI TAL-PRODUZZJONI
|
5.1.
|
Għandhom jittieħdu l-miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.
|
|
5.2.
|
Dispożizzjonijiet speċjali:
|
5.2.1.
|
It-testijiet stipulati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament għandhom jikkorrispondu għal dawk imsemmija fil-punt 2.3.5 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE.
|
|
5.2.2.
|
Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE normalment għandha tkun darba kull sentejn.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0540
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|