+ANNESS VIII

ANNESS VIII

ANNESS VIII

MIŻURI DWAR IS-SISTEMA TA' TWISSIJA AKUSTIKA TAL-VETTURA (AVAS)

▼M2

TAQSIMA I

Dan l-Anness jistipula l-miżuri li jikkonċernaw l-AVAS għal vetturi elettriċi ibridi u għal vetturi purament elettriċi.

I.1.

Minkejja l-punti I.2(a), I.2(b), I.3(a) u I.3(b), id-dispożizzjonijiet tat-taqsima II għandhom japplikaw għall-AVAS installata:

(a) fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip minn qabel l-1 ta' Lulju 2019;

(b) fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (a) u rreġistrata qabel l-1 ta' Lulju 2021.

I.2.

Minkejja l-punti I.3(a) u (b), id-dispożizzjonijiet tat-taqsima III għandhom japplikaw għall-AVAS installata:

(a) fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip minn qabel l-1 ta' Lulju 2019, jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel dan;

(b) fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (a);

(c) fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip mill-1 ta' Lulju 2019 'il quddiem u qabel it-1 ta' Settembru 2021;

(d) fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (c) u rreġistrata qabel l-1 ta' Settembru 2023.

I.3.

Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima IV għandhom japplikaw għall-AVAS installata:

(a) fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip minn qabel l-1 ta' Settembru 2021, jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel dan;

(b) fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (a);

(c) fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip mill-1 ta' Settembru 2021 jew wara;

(d) fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (c);

(e) fil-vetturi ġodda kollha rreġistrati fl-1 ta' Settembru 2023 jew wara.

▼M1

TAQSIMA II

II.1.   Il-prestazzjoni tas-sistema

Jekk l-AVAS tkun installata fuq il-vettura, din għandha tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-punti II.2 u II.3.

II.2.   Il-kundizzjonijiet tal-operat

(a) Metodu tal-ġenerazzjoni tal-ħoss

L-AVAS għandha awtomatikament tiġġenera ħoss fil-firxa minima tal-veloċità tal-vettura mill-bidu sa madwar 20 km/h u matul l-irriversjar. Meta l-vettura tkun mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna li qed topera fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ddefinita hawn fuq, l-AVAS ma tiġġenera l-ebda ħoss.

Għall-vetturi b'apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers, mhuwiex neċessarju li l-AVAS tiġġenera ħoss matul l-irriversjar.

(b) Swiċċ

L-AVAS għandha tkun mgħammra bi swiċċ li jkun faċilment aċċessibbli mis-sewwieq tal-vettura u li jippermetti l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni. Meta terġa' tinxtegħel il-vettura, l-AVAS għandu jaqa' fuq il-pożizzjoni mixgħula.

(c) L-attenwazzjoni

Il-livell tal-ħoss tal-AVAS jista' jiġi mnaqqas matul il-perjodi ta' tħaddim tal-vettura.

II.3.   It-tip u l-volum tal-ħoss

(a) Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lil utenti oħra tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u għandu jkun simili għall-ħoss ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna.

(b) Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun indikattiv faċilment tal-imġiba tal-vettura, pereżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura.

(c) Il-livell tal-ħoss iġġenerat mill-AVAS ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet.

TAQSIMA III

III.1.   Il-prestazzjoni tas-sistema

L-AVAS għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti III.2 sa III.6.

III.2.   Il-kundizzjonijiet tal-operat

(a) Metodu tal-ġenerazzjoni tal-ħoss

L-AVAS għandha awtomatikament tiġġenera ħoss fil-firxa minima tal-veloċità tal-vettura mill-bidu sa madwar 20 km/h u matul l-irriversjar. Meta l-vettura tkun mgħammra b'magna ta' kombustjoni interna li qed topera fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ddefinita hawn fuq, l-AVAS ma tiġġenera l-ebda ħoss.

Vetturi li jkollhom il-livelli globali tal-ħoss li jkunu konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafu 6.2.8 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE ( 7 ) b'marġni ta' + 3 dB (A), mhumiex meħtieġa li jkunu mgħammra b'AVAS. Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.8 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE għal baned ta' terz ta' ottava u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.3 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE għax-xift tal-frekwenza kif definit fil-paragrafu 2.4 tal-istess Regolament tan-NU/KEE (“xift tal-frekwenza”) ma għandhomx japplikaw għal dawk il-vetturi.

Għall-vetturi b'apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers, mhuwiex neċessarju li l-AVAS tiġġenera ħoss matul l-irriversjar, diment li l-apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6.2 u fil-paragrafu 6.2.2 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

Il-ħoss iġġenerat mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni, għandu jitkejjel permezz tal-metodi stabbiliti fl-Anness 3 u s-subparagrafi 6.2.1.3 u 6.2.2.2 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

(b) Swiċċ

L-AVAS tista' tkun mgħammra b'mekkaniżmu li jippermetti lis-sewwieq iwaqqaf l-operat ta' AVAS (“il-funzjoni pause”), li jkun faċilment aċċessibbli mis-sewwieq tal-vettura u li jippermetti l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni. Meta tkun mgħammra bil-funzjoni pause, meta terġa' tinxtegħel il-vettura l-AVAS għandu jaqa' fuq il-pożizzjoni mixgħula.

Barra minn hekk, il-funzjoni pause għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.6 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

(c) L-attenwazzjoni

Il-livell tal-ħoss tal-AVAS jista' jiġi mnaqqas matul il-perjodi ta' tħaddim tal-vettura. F'dawk il-każijiet, il-livell tal-ħoss tal-AVAS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.8 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

III.3.   It-tip u l-volum tal-ħoss

(a) Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lil utenti oħra tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura, pereżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura. Il-ħoss għandu jkun simili għall-ħoss ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna.

Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i) Meta jiġi ġġenerat meta l-vettura tkun miexja, il-ħoss tal-AVAS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.1.1, 6.2.1.2, 6.2.1.3, 6.2.2.1, 6.2.2.2 u 6.2.3 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE, kif applikabbli;

(ii) Il-vettura tista' temetti ħoss meta tkun wieqfa, kif stipulat fil-paragrafu 6.2.4 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

(b) Il-manifattur tal-vettura jista' jipprovdi l-possibbiltà lis-sewwieq li jagħżel minn ħsejjes differenti, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6.2.5 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

(c) Il-livell tal-ħoss iġġenerat mill-AVAS ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.7 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

(d) Il-livell globali tal-ħoss emess minn vettura li tikkonforma mas-subparagrafu tal-punt 2(a) ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura tal-kategorija M1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet.

III.4.   Ir-rekwiżiti relatati mal-korsa tat-testijiet

Sat-30 ta' Ġunju 2019, l-istandard ISO 10844:1994 jista' jiġi applikat bħala alternattiva għall-istandard ISO 10844:2014 għall-verifika tal-konformità tal-korsa tat-test kif deskritt fl-Anness 3, il-paragrafu 2.1.2 tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE.

III.5.   Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip

Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi, mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, wieħed minn dawn id-dokumenti li ġejjin:

(a) il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5(3) tar-Regolament Nru 138 tan-NU/KEE, skont il-mudell stabbilit fl-Anness 1 ta' dak ir-Regolament;

(b) ir-riżultati tat-testijiet tal-livelli tal-emissjonijiet tal-ħoss tal-AVAS, imkejla f'konformità ma' dan ir-Regolament.

III.6.   Marki

Kull komponent tal-AVAS għandu jkollu l-marki li ġejjin:

(a) il-marka kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b) numru ta' identifikazzjoni.

Il-marki għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux.

▼M2

TAQSIMA IV

Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima III għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni tal-punt III.2 (b). Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:

Swiċċ

Kwalunkwe mekkaniżmu li jippermetti lis-sewwieq iwaqqaf l-operat ta' AVAS (“il-funzjoni pause”) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 138, Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, is-serje ta' emendi 01 (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 112).

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0540
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.