ANNESS X
IL-KONTROLLI FUQ IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI GĦAL SISTEMA TAS-SAJLENSER TA' SOLUZZJONI BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA
1. KUMMENTI ĠENERALI
Dawn ir-rekwiżiti jaqblu ma' testijiet li jsiru biex tiġi kkontrollata l-COP skont il-punt 8 tal-Anness IX.
2. IL-PROĊEDURI U L-ITTESTJAR
Il-metodi tal-ittestjar, l-istrumenti tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu dawk deskritti fil-punt 5 tal-Anness IX. Is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti minnha, li qed jiġu ttestjati għandhom ikunu suġġetti għat-test kif deskritt fil-punti 5.2, 5.3 u 5.4 tal-Anness IX.
3. IL-KAMPJUNAR U L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI
|
3.1.
|
Sistema waħda ta' sajlensers jew komponent tagħha għandha tintgħażel u jiġu sottoposti għat-testijiet tal-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-test jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-COP tal-punt 8.1 tal-Anness IX, it-tip ta' sistema ta' sajlensers jew tal-komponent għandu jiġi kkunsidrat li jkun konformi mas-COP.
|
|
3.2.
|
Jekk wieħed mir-riżultati tat-test ma jikkonformax il-ħtiġijiet tal-COP tal-punt 8.1 tal-Anness IX, żewġ sistemi jew aktar ta' sajlensers jew komponenti tagħhom tal-istess tip għandhom ikunu ttestjati skont il-punt 2 ta' dan l-Anness.
|
|
3.3.
|
Jekk ir-riżultati tat-test għat-tieni u t-tielet sistema ta' sajlensers jew komponenti minnhom, jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-punt 8.1 tal-Anness IX, it-tip ta' sistema ta' sajlensers jew tal-komponenti minnha għandu jitqies li jissodisfaw il-konformità tal-produzzjoni.
|
|
3.4.
|
Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet tat-tieni jew it-tielet sistema ta' sajlensers jew tal-komponenti minnha ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-punt 8.1 tal-Anness IX, it-tip ta' sistema ta' sajlensers jew il-komponenti minnha, għandha jitqiesu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tkun stabbilita l-konformità mill-ġdid.
|