+Artikolu 5 Regoli ġenerali dwar il-ġestjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6

Artikolu 5 Regoli ġenerali dwar il-ġestjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sitwazzjoni tal-istorbju f’ajruport individwali kif previst fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tiġi stmata skont id-Direttiva 2002/49/KE.

Artikolu 5 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi adottat l-Approċċ Bilanċjat fir-rigward tal-ġestjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru f’dawk l-ajruporti fejn tkun ġiet identifikata problema ta’ storbju. Għal dak il-għan, huma għandhom jiżguraw li:

(a)

jiġi definit l-għan għat-tnaqqis tal-istorbju għal dak l-ajruport, b’kont meħud, fejn ikun il-każ, l-Artikolu 8 u l-Anness V tad-Direttiva 2002/49/KE;

(b)

jiġu identifikati l-miżuri disponibbli biex inaqqsu l-impatt tal-istorbju;

(c)

tiġi evalwata bir-reqqa l-kost-effettività probabbli tal-miżuri għall-mitigazzjoni tal-istorbju;

(d)

il-miżuri jingħażlu, b’kont meħud tal-interess pubbliku fil-qasam tat-trasport bl-ajru fir-rigward tal-prospetti ta’ żvilupp tal-ajruporti tagħhom, mingħajr detriment għas-sikurezza;

(e)

il-partijiet interessati jiġu kkonsultati b’mod trasparenti dwar l-azzjonijiet previsti;

(f)

jiġu adottati l-miżuri u tkun prevista notifika suffiċjenti;

(g)

jiġu implimentati l-miżuri; u

(h)

jkun stabbilit provvediment għar-riżoluzzjoni ta’ disputi.

Artikolu 5 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tittieħed azzjoni relatata mal-istorbju, tiġi kkunsidrata l-kombinazzjoni li ġejja tal-miżuri disponibbli, bil-ħsieb li jiddeterminaw l-aktar miżura jew kombinazzjoni ta’ miżuri kosteffettivi:

(a)

l-effett prevedibbli ta’ tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors;

(b)

l-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art;

(c)

proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju;

(d)

ma jiġux applikati restrizzjonijiet operattivi bħala l-ewwel miżura, iżda biss wara l-konsiderazzjoni tal-miżuri l-oħra tal-Approċċ Bilanċjat.

Il-miżuri disponibbli jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jinkludu l-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi. L-Istati Membri, jew il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti, skont il-każ, jistgħu joffru inċentivi ekonomiċi sabiex iħeġġu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jużaw inġenji tal-ajru anqas storbjużi matul il-perjodu transizzjonali msemmi fil-punt 4 tal-Artikolu 2. Dawn l-inċentivi ekonomiċi għandhom ikunu konformi mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Artikolu 5 4

4.   Il-miżuri jistgħu, fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat, jiġu differenzjati skont it-tip ta’ inġenji tal-ajru, il-prestazzjoni tal-istorbju mill-inġenji tal-ajru, l-użu tal-ajruport u l-faċilitajiet ta’ navigazzjoni tal-ajru, it-trajettorja tat-titjira u/jew l-iskeda taż-żmien koperta.

Artikolu 5 5

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, restrizzjonijiet operattivi li jieħdu l-għamla tal-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi minn operazzjonijiet tal-ajruporti ma għandhomx jaffettwaw inġenji tal-ajru subsoniċi ċivili li jikkonformaw, permezz taċ-ċertifikazzjoni oriġinali jew taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, mal-istandard tal-istorbju stabbilit fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 4 tal-Anness 16 mal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

Artikolu 5 6

6.   Il-miżuri jew kombinazzjoni ta’ miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għal ajruport partikolari ma għandhomx ikunu aktar ristrettivi milli meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali stabbilit għal dak l-ajruport. Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom ikunu nondiskriminatorji, partikolarment abbażi ta’ nazzjonalità jew identità, u ma għandhomx ikunu arbitrarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0598
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.