+Artikolu 7 Informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-istorbju
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6

Artikolu 7 Informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-istorbju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru kif determinat mill-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni mwettqa skont il-Volum 1 tal-Anness 16 mal-Konvenzjoni ta’ Chicago, is-sitt edizzjoni ta’ Marzu 2011.

Artikolu 7 2

2.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja dwar l-istorbju fir-rigward tal-inġenji tal-ajru li huma jħaddmu f’ajruporti fl-Unjoni:

(a)

in-nazzjonalità tal-inġenju tal-ajru u l-marka tar-reġistrazzjoni;

(b)

id-dokumentazzjoni dwar l-istorbju tal-inġenju tal-ajru użat, flimkien mal-piż massimu assoċjat għat-take-off;

(c)

kwalunkwe modifika tal-inġenju tal-ajru li taffettwa l-prestazzjoni tal-istorbju tiegħu u li tkun iddikjarata fid-dokumentazzjoni dwar l-istorbju.

Artikolu 7 3

3.   Fuq talba tal-Aġenzija, dawk li għandhom ċertifikat tat-tip tal-inġenju tal-ajru jew ċertifikat tat-tip supplementari, maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li joperaw inġenji tal-ajru li għalihom ma nħareġ l-ebda tip ta’ ċertifikat taħt dak ir-Regolament, għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-istorbju u l-prestazzjoni mill-inġenji tal-ajru għal finijiet ta’ mudellar tal-istorbju. L-Aġenzija għandha tispeċifika d-data meħtieġa, kif ukoll il-ħin, forma u mod dwar l-għoti tagħha. L-Aġenzija għandha tivverifika l-informazzjoni dwar l-istorbju u l-prestazzjoni mill-inġenji tal-ajru li tkun irċeviet għal finijiet ta’ mudellar u għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni lil partijiet oħra għal finijiet ta’ mudellar tal-istorbju.

Artikolu 7 4

4.   Id-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ u għandha tkun ipprovduta mingħajr ħlas, f’forma elettronika u bl-użu tal-format speċifikat, fejn applikabbli.

Artikolu 7 5

5.   L-Aġenzija għandha tivverifika d-data dwar l-istorbju u l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru għall-finijiet ta’ mudellar fir-rigward tal-kompiti tagħha mwettqa skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 7 6

6.   Id-data għandha tkun maħżuna f’bażi tad-data ċentrali u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti għal finijiet operattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0598
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.