3. Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni tista’, fi żmien perijodu ta’ tliet xhur wara l-jum li fih tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1, terġa’ teżamina l-proċess għall-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva relatata mal-istorbju ma ssegwix il-proċess stabbilit f’dan ir-Regolament, din tista’ tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti kif meħtieġ. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha teżamina n-notifika tal-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha qabel ma ddaħħal ir-restrizzjoni operattiva.