+Artikolu 8 Regoli dwar l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4

Artikolu 8 Regoli dwar l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Qabel ma tiġi introdotta restrizzjoni operattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati rilevanti l-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva sitt xhur qabel l-adozzjoni tagħha, u mill-anqas xahrejn qabel id-determinazzjoni tal-parametri ta’ koordinazzjoni tas-slot kif iddefinit fl-punt (m) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (10) għall-ajruport ikkonċernat għall-perijodu tal-iskedar rilevanti.

Artikolu 8 2

2.   Konsegwentement għall-istima li ssir skont l-Artikolu 6, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn rapport bil-miktub skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 5 li jispjega r-raġunijiet għall-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva, l-objettiv ta’ tnaqqis tal-istorbju stabbilit għall-ajruport, il-miżuri li tqiesu biex jinkiseb dak l-objettiv, u l-evalwazzjoni tal-kost-effettività probabbli tad-diversi miżuri meqjusa, inkluż, fejn rilevanti, l-impatt transkonfinali tagħhom.

Artikolu 8 3

3.   Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni tista’, fi żmien perijodu ta’ tliet xhur wara l-jum li fih tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1, terġa’ teżamina l-proċess għall-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva relatata mal-istorbju ma ssegwix il-proċess stabbilit f’dan ir-Regolament, din tista’ tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti kif meħtieġ. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha teżamina n-notifika tal-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha qabel ma ddaħħal ir-restrizzjoni operattiva.

Artikolu 8 4

4.   Fejn ir-restrizzjoni operattiva tikkonċerna l-irtirar ta’ inġenju tal-ajru marġinalment konformi minn ajruport, ma għandhom jiġu permessi ebda servizzi addizzjonali ‘l fuq mill-għadd ta’ movimenti bl-inġenju tal-ajru marġinalment konformi fil-perijodu korrispondenti tas-sena preċedenti f’dak l-ajruport sitt xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu dwar ir-rata annwali għat-tnaqqis tan-numru ta’ movimenti ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi tal-operaturi affettwati f’dak l-ajruport, b’kont debitu meħud tal-età tal-inġenju tal-ajru u il-kompożizzjoni tal-flotta totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(4), din ir-rata ma għandhiex tkun aktar minn 25 % tan-numru ta’ movimenti ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi għal kull operatur li jservi dak l-ajruport.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0598
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.