5. Is-Segretarju tal-Bord Superviżorju għandu jaġixxi bħala Segretarju tal-Panel ta' Medjazzjoni. F'din l-aħħar funzjoni, is-Segretarju għandu jassisti lill-President tal-Panel tal-Medjazzjoni fit-tħejjija għal-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni u tal-Kumitat li Jeżamina l-Każ u għandu jkun responsabbli biex jabbozza l-minuti ta' dawn il-laqgħat. Huwa għandu jassisti wkoll lis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv fit-tħejjija għal laqgħat tal-Kunsill Governattiv fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni li fiha kien involut il-Panel ta' Medjazzjoni u għandu jkun responsabbli għall-abbozzar tal-parti rispettiva tal-minuti tal-proċedimenti.