+Artikolu 6 Laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5

Artikolu 6 Laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Kull meta l-President jidhirlu li huwa neċessarju, huwa jista' jsejjaħ laqgħa tal-Panel ta' Medjazzjoni.

Artikolu 6 2

2.   Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-bini tal-BĊE.

Artikolu 6 3

3.   Fuq talba tal-President, il-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni jistgħu jsiru wkoll permezz ta' telekonferenza, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni minn tal-anqas tliet membri.

Artikolu 6 4

4.   Il-minuti tal-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-membri għall-approvazzjoni fil-laqgħa tagħhom li jmiss jew qabel permezz ta' proċedura bil-miktub, u malli jiġu approvati għandhom jiġu ffirmati mill-President. Huma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju.

Artikolu 6 5

5.   Is-Segretarju tal-Bord Superviżorju għandu jaġixxi bħala Segretarju tal-Panel ta' Medjazzjoni. F'din l-aħħar funzjoni, is-Segretarju għandu jassisti lill-President tal-Panel tal-Medjazzjoni fit-tħejjija għal-laqgħat tal-Panel ta' Medjazzjoni u tal-Kumitat li Jeżamina l-Każ u għandu jkun responsabbli biex jabbozza l-minuti ta' dawn il-laqgħat. Huwa għandu jassisti wkoll lis-Segretarju tal-Kunsill Governattiv fit-tħejjija għal laqgħat tal-Kunsill Governattiv fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni li fiha kien involut il-Panel ta' Medjazzjoni u għandu jkun responsabbli għall-abbozzar tal-parti rispettiva tal-minuti tal-proċedimenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0673
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.