5. Jekk awtorità kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti tistaqsi lill-Bord Superviżorju biex jitlob medjazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi l-oġġezzjoni, il-Bord Superviżorju għandu jippreżenta avviż ta' talba għal medjazzjoni lis-Segretarjat tal-Kunsill Governattiv fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi l-oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv. L-abbozz ta' deċiżjoni relevanti tal-Bord Superviżorju u l-oġġezzjoni relevanti mill-Kunsill Governattiv għandhom jiġu annessi mal-avviż ta' talba għal medjazzjoni. L-avviż ta' talba għal medjazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju.