+Artikolu 8 Talba għal medjazzjoni
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6

Artikolu 8 Talba għal medjazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti li jkunu kkonċernati minn u jkollhom fehmiet differenti dwar oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju jistgħu jistaqsu lill-Bord Superviżorju, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta jirċievu l-oġġezzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-oġġezzjoni, biex tintalab medjazzjoni sabiex jiġu solvuti dawk id-differenzi, bil-għan li tiġi żgurata separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji. Kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha tagħmel dan billi tissottometti avviż ta' talba għal medjazzjoni lill-Bord Superviżorju, li tidentifika l-oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv, u li tinkludi stqarrija dwar ir-raġunijiet għat-talba għal medjazzjoni. Is-Segretarja għandu jinnotifika dawk it-talbiet għal medjazzjoni lill-membri tal-Bord Superviżorju.

Artikolu 8 2

2.   Kull awtorità kompetenti oħra ta' Stat Membru parteċipanti kkonċernata minn u li jkollha fehmiet differenti dwar l-istess oġġezzjoni tista' tissottometti avviż ta' talba għal medjazzjoni separat jew tingħaqad ma' talba għal medjazzjoni eżistenti fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika tal-ewwel talba għall-medjazzjoni u tesprimi d-differenza ta' opinjoni tagħha.

Artikolu 8 3

3.   Oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju tista' tkun soġġetta għal medjazzjoni darba biss.

Artikolu 8 4

4.   Awtorità kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti mhux taż-żona tal-euro li tinnotifika lill-BĊE dwar in-nuqqas ta' qbil immotivat tagħha ma' oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Artikolu 13 g tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, ma tistax titlob medjazzjoni skont il-paragrafu 1 fir-rigward tal-istess oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv.

Artikolu 8 5

5.   Jekk awtorità kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti tistaqsi lill-Bord Superviżorju biex jitlob medjazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi l-oġġezzjoni, il-Bord Superviżorju għandu jippreżenta avviż ta' talba għal medjazzjoni lis-Segretarjat tal-Kunsill Governattiv fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi l-oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv. L-abbozz ta' deċiżjoni relevanti tal-Bord Superviżorju u l-oġġezzjoni relevanti mill-Kunsill Governattiv għandhom jiġu annessi mal-avviż ta' talba għal medjazzjoni. L-avviż ta' talba għal medjazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju.

Artikolu 8 6

6.   Jekk awtorità kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti mhux taż-żona tal-euro li tkun talbet medjazzjoni fir-rigward ta' oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont il-paragrafu 1 tinnotifika lill-BĊE bin-nuqqas ta' qbil immotivat tagħha mal-istess oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, it-talba għal medjazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0673
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.