3. Kumitat li Jeżamina l-Każ għandu jkun kompost mill-President tal-Panel ta' Medjazzjoni li jaġixxi bħala l-President tiegħu u erba' membri oħrajn maħtura mill-Panel ta' Medjazzjoni minn fost il-membri tal-Panel ta' Medjazzjoni. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jimmira li jikseb bilanċ bejn il-membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju. Il-Kumitat li Jeżamina l-Każ ma għandux jinkludi l-membru maħtur mill-Istat Membru parteċipanti li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun esprimiet fehmiet differenti skont l-Artikolu 8(1) jew il-membru maħtur mill-Istat Membru parteċipanti li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun ingħaqdet ma' talba eżistenti għal medjazzjoni skont l-Artikolu 8(2).