+Artikolu 9 Kumitat li Jeżamina l-Każ
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
|
Artikolu 9 Kumitat li Jeżamina l-Każ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. Meta avviż ta' talba għal medjazzjoni jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 8(5), il-President tal-Panel ta' Medjazzjoni jista' jgħaddih minnufih lill-membri tal-Panel ta' Medjazzjoni.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Għal kull avviż ta' talba għal medjazzjoni li jkun ġie ppreżentat skont l-Artikolu 8(5), il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jistabbilixxi Kumitat li Jeżamina l-Każ fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mid-data tal-preżentata tal-avviż ta' talba għal medjazzjoni u għandu jinforma lill-membri tal-Panel tal-Medjazzjoni dwar il-kompożizzjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Kumitat li Jeżamina l-Każ għandu jkun kompost mill-President tal-Panel ta' Medjazzjoni li jaġixxi bħala l-President tiegħu u erba' membri oħrajn maħtura mill-Panel ta' Medjazzjoni minn fost il-membri tal-Panel ta' Medjazzjoni. Il-Panel ta' Medjazzjoni għandu jimmira li jikseb bilanċ bejn il-membri tal-Kunsill Governattiv u tal-Bord Superviżorju. Il-Kumitat li Jeżamina l-Każ ma għandux jinkludi l-membru maħtur mill-Istat Membru parteċipanti li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun esprimiet fehmiet differenti skont l-Artikolu 8(1) jew il-membru maħtur mill-Istat Membru parteċipanti li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun ingħaqdet ma' talba eżistenti għal medjazzjoni skont l-Artikolu 8(2).
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Fi żmien 15-il jum ta' xogħol, minn meta l-Panel ta' Medjazzjoni jirċievi l-avviż ta' talba għal medjazzjoni, il-Kumitat li Jeżamina l-Każ għandu jissottometti abbozz ta' opinjoni lill-President tal-Panel ta' Medjazzjoni, li għandu jinkludi analiżi dwar jekk it-talba għal medjazzjoni hijiex ammissibbli u fondata legalment. F'każijiet urġenti l-Kumitat li Jeżamina l-Każ għandu jagħti abbozz ta' opinjoni fi żmien perjodu iqsar li għandu jiġi stabbilit mill-President.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. Il-President għandu jissottometti immedjatament l-abbozz ta' opinjoni lill-Panel ta' Medjazzjoni u għandu jsejjaħ laqgħa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0673
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|