|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor, flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“tariffa superviżorja annwali” tfisser it-tariffa li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni, kif ikkalkulata skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 10(6);
2.
“kosti annwali” tfisser l-ammont, kif iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, li għandu jiġi rkuprat permezz tat-tariffi superviżorji annwali għal perijodu tariffarju speċifiku;
3.
“debitur tariffarju” tfisser l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa jew fergħa li tħallas tariffa iddeterminata skont l-Artikolu 4 u li lilha jkun indirizzat l-avviż tariffarju;
4.
“fatturi tariffarji” tfisser id-dejta relata ma' entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni definita fl-Artikolu 10(3)(a) li jintużaw biex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali;
5.
“avviż tariffarju” tfisser kull avviż li jispeċifika t-tariffa superviżorja annwali li titħallas minn u tinħareġ lid-debitur tariffarju rilevanti skont dan ir-Regolament;
6.
“istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa” tfisser kull istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti;
7.
“fergħa li tħallas tariffa” tfisser kull fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti;
8.
“perijodu tariffarju” tfisser sena kalendarja; ▼M1 —————
10.
“grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa” tfisser (i) grupp taħt supervizjoni u (ii) numru ta' fergħat li jħallsu t-tariffi li jitqiesu bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3);.
11.
“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni;
12.
assi totali tfisser:
(a)
għal grupp taħt superviżjoni, il-valur totali tal-assi kif iddeterminat skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), minbarra l-assi ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor minn grupp taħt superviżjoni skont l-Artikolu 10(3)(c);
(b)
għal fergħa li tħallas tariffa, il-valur totali tal-assi kif irrappurtat għal finijiet prudenzjali. Meta l-valur totali tal-assi ma jkunx meħtieġ li jiġi rrappurtat għal finijiet prudenzjali, l-assi totali tfisser il-valur totali tal-assi kif iddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali awditjati l-aktar reċenti mħejjija skont l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) kif applikabbli fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u, jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, il-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli dwar il-kontabilità. Għall-fergħat li jħallsu tariffa li ma jħejjux kontijiet annwali, l-assi totali tfisser il-valur totali tal-assi kif iddeterminat skont l-Artikolu 51(5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17);
(c)
għal żewġ fergħat jew aktar li jħallsu tariffa li huma meqjusa bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3), is-somma tal-valur totali tal-assi kif iddeterminat għal kull fergħa li tħallas tariffa rispettivament;
(d)
fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-valur tal-assi totali kif iddeterminat skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17);
13.
skopertura tar-riskju totali tfisser:
(a)
għal grupp taħt superviżjoni, l-ammont kif iddeterminat fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), minbarra l-ammont ta’ iskopertura tar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor minn grupp taħt superviżjoni skont l-Artikolu 10(3)(c);
(b)
għal fergħa li tħallas tariffa, jew żewġ fergħat jew aktar li jħallsu tariffa li huma meqjusa bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3), żero;
(c)
fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-ammont kif ikkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|