+PART I GENERAL PROVISIONS
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
------+Article 1 1.
------+Article 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Obbligu ġenerali li titħallas it-tariffa superviżorja annwali
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.
---+Artikolu 4 Debitur tariffarju
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
|
PART I GENERAL PROVISIONS
PART I GENERAL PROVISIONS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a)
l-arranġamenti għall-kalkolu tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni;
(b)
il-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali mġarrba minn kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni;
(c)
il-proċedura għall-ġbir mill-BĊE tat-tariffi superviżorji annwali;
2. L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għandu jinkludi t-tariffa superviżorja annwali fir-rigward ta' kull entità jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni u kull entità jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni u għandu jiġi kkalkulat mill-BĊE fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ġewwa Stati Membri parteċipanti.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor, flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“tariffa superviżorja annwali” tfisser it-tariffa li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni, kif ikkalkulata skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 10(6);
2.
“kosti annwali” tfisser l-ammont, kif iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, li għandu jiġi rkuprat permezz tat-tariffi superviżorji annwali għal perijodu tariffarju speċifiku;
3.
“debitur tariffarju” tfisser l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa jew fergħa li tħallas tariffa iddeterminata skont l-Artikolu 4 u li lilha jkun indirizzat l-avviż tariffarju;
4.
“fatturi tariffarji” tfisser id-dejta relata ma' entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni definita fl-Artikolu 10(3)(a) li jintużaw biex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali;
5.
“avviż tariffarju” tfisser kull avviż li jispeċifika t-tariffa superviżorja annwali li titħallas minn u tinħareġ lid-debitur tariffarju rilevanti skont dan ir-Regolament;
6.
“istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa” tfisser kull istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti;
7.
“fergħa li tħallas tariffa” tfisser kull fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti;
8.
“perijodu tariffarju” tfisser sena kalendarja;
▼M1 —————
▼B
10.
“grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa” tfisser (i) grupp taħt supervizjoni u (ii) numru ta' fergħat li jħallsu t-tariffi li jitqiesu bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3);.
11.
“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni;
▼M1
12.
assi totali tfisser:
(a)
għal grupp taħt superviżjoni, il-valur totali tal-assi kif iddeterminat skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), minbarra l-assi ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor minn grupp taħt superviżjoni skont l-Artikolu 10(3)(c);
(b)
għal fergħa li tħallas tariffa, il-valur totali tal-assi kif irrappurtat għal finijiet prudenzjali. Meta l-valur totali tal-assi ma jkunx meħtieġ li jiġi rrappurtat għal finijiet prudenzjali, l-assi totali tfisser il-valur totali tal-assi kif iddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali awditjati l-aktar reċenti mħejjija skont l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) kif applikabbli fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) u, jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, il-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli dwar il-kontabilità. Għall-fergħat li jħallsu tariffa li ma jħejjux kontijiet annwali, l-assi totali tfisser il-valur totali tal-assi kif iddeterminat skont l-Artikolu 51(5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17);
(c)
għal żewġ fergħat jew aktar li jħallsu tariffa li huma meqjusa bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3), is-somma tal-valur totali tal-assi kif iddeterminat għal kull fergħa li tħallas tariffa rispettivament;
(d)
fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-valur tal-assi totali kif iddeterminat skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17);
13.
skopertura tar-riskju totali tfisser:
(a)
għal grupp taħt superviżjoni, l-ammont kif iddeterminat fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), minbarra l-ammont ta’ iskopertura tar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor minn grupp taħt superviżjoni skont l-Artikolu 10(3)(c);
(b)
għal fergħa li tħallas tariffa, jew żewġ fergħat jew aktar li jħallsu tariffa li huma meqjusa bħala fergħa waħda skont l-Artikolu 3(3), żero;
(c)
fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-ammont kif ikkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
▼B
|
|
Artikolu 3 Obbligu ġenerali li titħallas it-tariffa superviżorja annwali
|
Artikolu 3 Obbligu ġenerali li titħallas it-tariffa superviżorja annwali 1. Il-BĊE għandu jimponi tariffa superviżorja annwali fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u kull grupp taħt superviżjoni għal kull perijodu tariffarju. 2. It-tariffa superviżorja annwali għal kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni għandha tkun speċifikata f'avviż tat-tariffa maħruġa lil u pagabbli mid-debitur tat-tariffa. Id-debitur tariffarju għandu jkun id-destinatarju tal-avviż tat-tariffa u ta' kull avviż jew komunikazzjoni mill-BĊE fir-rigward ta' tariffi superviżorji. Id-debitur tariffarju għandu jkun responsabbli għall-ħlas tat-tariffa superviżorja annwali. 3. Żewġ fergħat jew aktar li jħallsu tariffa li huma stabbiliti mill- istess istituzzjoni ta' fl-istess Stat Membru parteċipanti jitqiesu bħala fergħa waħda. Fergħat tal-istess istituzzjoni ta' kreditu li jħallsu tariffa u li huma stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti differenti ma jitqiesux bħala fergħa waħda. 4. Fergħat li jħallsu tariffa għandhom jitqiesu bħala separati minn sussidjarji tal-istess istituzzjoni ta' kreditu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 Debitur tariffarju
|
Artikolu 4 Debitur tariffarju 1. Id-debitur tariffarju fir-rigward tat-tariffa superviżorja annwali huwa:
(a)
l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa, fil-każ ta' istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa li mhijiex parti minn grupp taħt superviżjoni;
(b)
il-fergħa li tħallas tariffa, fil-każ ta' fergħa li tħallas tariffa li mhijiex ikkombinata ma' fergħa oħra li tħallas tariffa;
▼M1
(c)
iddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, fil-każ ta’ grupp ta’ entitajiet li jħallsu tariffa.
2. Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fi ħdan grupp ta’ entitajiet li jħallsu tariffa fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ispejjeż, grupp ta’ entitajiet li jħallsu tariffa għandhom jiġu trattati bħala debitur tariffarju wieħed. Kull grupp ta’ entitajiet li jħallsu tariffa għandu jinnomina d-debitur tariffarju għall-grupp kollu u għandu jinnotifika l-identità tad-debitur tariffarju lill-BĊE. Id-debitur tariffarju għandu jiġi stabbilit fi Stat Membru parteċipanti. Din in-notifika għandha tkun ikkunsidrata valida biss jekk:
(a)
issemmi l-isem tal-grupp kopert bin-notifika;
(b)
tiġi ffirmata mid-debitur tariffarju f’isem l-entitajiet kollha taħt superviżjoni tal-grupp;
(c)
tasal għand il-BĊE sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, sabiex titqies għall-ħruġ tal-avviż tariffarju fir-rigward ta’ dak il-perijodu tariffarju.
Jekk iktar minn notifika waħda għal kull grupp ta’ entitajiet li jħallsu tariffa tasal fil-ħin għand il-BĊE, għandha tipprevali l-aħħar notifika rċevuta mill-BĊE sat-30 ta’ Settembru. Jekk entità taħt superviżjoni ssir parti mill-grupp taħt superviżjoni wara li l-BĊE ikun irċieva notifika valida mingħand id-debitur tariffarju, sakemm il-BĊE ma jkunx infurmat mod ieħor bil-miktub, dik in-notifika titqies li ġiet iffirmata wkoll f’isimha.
▼B
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-BĊE jirriżerva d-dritt li jiddetermina d-debitur tariffarju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1163
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|