+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),
Billi:
|
(1)
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 fl-Artikolu 2(1) jistipula illi, għat-twettiq tar-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor tagħrif statistiku fil-limiti tal-popolazzjoni tar-rapportar ta' referenza u ta' dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Jingħad mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li l-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni jagħmlu parti mill-popolazzjoni tar-rapportar ta' referenza għall-finijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tal-BĊE, inter alia, fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533 jistipula illi, f'każijiet debitament iġġustifikati, il-BĊE għandu d-dritt jiġbor tagħrif statistiku fuq bażi kkonsolidata. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/93 jeħtieġ illi l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni ta' rapportar attwali fil-limiti tal-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza u jipprovdih bis-setgħa li jeżenta kompletament jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta' aġenti tar-rapportar mir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tiegħu.
|
|
(2)
|
L-iskop tal-impożizzjoni ta' rekwiżiti ta' rapportar statistiku fuq korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni huwa li l-BĊE jingħata statistika adegwata dwar l-attivitajiet finanzjarji tas-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”), li għandhom jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. Il-ġbir ta' tagħrif statistiku dwar korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni huwa meħtieġ sabiex jissodisfa ħrtiġijiet analitiċi regolari u ad hoc, biex jagħti appoġġ lill-BĊE fit-twettiq ta' analiżi monetarja u finanzjarja, u għall-kontribut tas-SEBĊ għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.
|
|
(3)
|
Il-BĊNi għandu jkollhom is-setgħa li jiġbru t-tagħrif dwar korporazzjonjiet tal-assigurazzjoni mingħand il-popolazzjoni attwali tar-rapportar bħala parti minn qafas ta' rapportar statistiku aktar wiesa', sakemm it-twettiq tal-obbligi statistiċi tal-BĊE mhuwiex ippreġudikat. F'każijiet bħal dawn, huwa xieraq illi t-trasparenza tiġi żgurata billi l-aġenti tar-rapportar jiġu informati bl-għanijiet statistiċi varji li għalihom tinġabar id-dejta.
|
|
(4)
|
Sabiex jiġi mminimizzat il-piż tar-rapportar fuq il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, il-BĊNi għandhom ikollhom is-setgħa illi jikkombinaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom taħt dan ir-Regolament mal-obbligi ta' rapportar tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (3).
|
|
(5)
|
Hemm konnessjoni mill-qrib bejn id-dejta miġbura minn BĊNi għal finijiet statistiċi taħt dan ir-Regolament u d-dejta miġbura minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) għal finijiet superviżorji taħt il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Minħabba l-mandat ġenerali tal-BĊE skont l-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) biex jinvolvu ruħhom f'kooperazzjoni ma' korpi oħra fil-qasam tal-istatistika, u sabiex jillimitaw il-piż amministrattiv u jevitaw d-duplikazzjoni tal-kompiti, il-BĊNi jistgħu jiksbu d-dejta li trid tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament minn dejta miġbura taħt id-Direttiva 2009/138/KE, inkluż il-liġi nazzjonali li timplimenta dik id-Direttiva, filwaqt li tikkunsidra debitament it-termini ta' kwalunkwe arranġament ta' kooperazzjoni bejn il-BĊN relevanti u l-NCA relevanti. L-Artikolu 70 tad-Direttiva 2009/138/KE jistipula illi NCAs jistgħu jittrażmettu tagħrif intiż għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dik id-Direttiva lill-BĊNi u korpi oħrajn b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji.
|
|
(6)
|
Is-sistema Ewropea ta' kontijiet stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (minn hawn 'il quddiem l-“ESA 2010”) teħtieġ li l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' unitajiet istituzzjonali jiġu rrapportati fil-pajjiż ta' residenza. Sabiex jiġi minimizzat il-piż tar-rapportarm jekk il-BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata taħt dan ir-Regolament minn dejta miġbura taħt id-Direttiva 2009/138/KE, l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li l-uffiċċji prinċipali tagħhom huma residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jiġu aggregati ma' dawk tal-uffiċċji prinċipali. Informazzjoni limitata dwar fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni għandha tinġabar għall-finijiet ta' monitoraġġ tad-daqs tagħhom u ta' kwalunkwe devjazzjonijiet mill-ESA 2010.
|
|
(7)
|
L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta' tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw għall-ġbir ta' tagħrif statistiku taħt dan ir-Regolament.
|
|
(8)
|
Filwaqt illi huwa rikonoxxut illi regolamenti adottati skont l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligazzjoni fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn 'il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż- żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm lill-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tjirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jitfasslu u jiġu implimentati f'livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex jinġabar it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta' rapportar statistiku tal-BĊE u jsiru t-tħejjijiet f'waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro.
|
|
(9)
|
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipula illi l-BĊE għandu l-poter jimponi sanzjonijiet fuq aġenti tar-rappurtar li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika stabbiliti fir-regolamenti jew id-deċiżjonijiet tal-BĊE.
|
|
(10)
|
Sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena 2020, il-Kunsill Governattiv għandu jevalwa l-merti u l-kosti ta': (a) żieda fil-kopertura tar-rapportar trimestrali minn 80 % għal 95 % tas-sehem tas-suq totali ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni f'kull Stat Membru taż-żona tal-euro; (b) ir-rapportar separat ta' assi u obbligazzjonijiet ta' fergħat ta' korporazzjonjonijiet tal-assigurazzjoni fejn il-fergħat huma residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro u l-entitajiet prinċipali ta' dawn il-fergħat huma residenti fiż-ŻEE; u (c) tnaqqis ulterjuri fiż-żmien għat-trażmissjoni ta' dejta minn aġenti tar-rapportar għal erba' ġimgħat, wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|