+Artikolu 2 Popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3

Artikolu 2 Popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Fejn BĊNi jiġbru dejta skont l-ESA 2010, li teħtieġ li l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' unitajiet istituzzjonali li għandhom jiġu rrapportati fil-pajjiż ta' residenza, il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandha tikkonsisti mill-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni residenti fit-territorju. tal-Istat Membru taż-żona tal-euro relevanti.

Artikolu 2 2

2.   Fejn BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament minn dejta miġbura skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/138/KE jew ta' liġi nazzjonali li timplimenta dik id-Direttiva, il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandha tikkonsisti minn:

(a)

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni inkorprati u residenti fit-territorju tal-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro, inkluż sussidjarji li l-entitajiet parent tagħhom jinsabu barra minn dak it-territorju;

(b)

fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni speċifikati fil-punt (a) li huma residenti barra t-territorju tal-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro; u

(c)

fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li huma residenti fit-territorju tal-Istat membru relevanti taż-żona tal-euro iżda li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab barra miż-ŻEE.

Fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li huma residenti fit-territorju ta' Stat Membru taż-żona tal-euro u li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fiż-ŻEE ma humiex parti mill-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar.

Artikolu 2 3

3.   Il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fil-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' rapportar statistiku kollha sakemm ma tapplikax deroga mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 7.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.