2. Fejn BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament minn dejta miġbura skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/138/KE jew ta' liġi nazzjonali li timplimenta dik id-Direttiva, il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandha tikkonsisti minn:
|
(a)
|
korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni inkorprati u residenti fit-territorju tal-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro, inkluż sussidjarji li l-entitajiet parent tagħhom jinsabu barra minn dak it-territorju;
|
|
(b)
|
fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni speċifikati fil-punt (a) li huma residenti barra t-territorju tal-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro; u
|
|
(c)
|
fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li huma residenti fit-territorju tal-Istat membru relevanti taż-żona tal-euro iżda li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab barra miż-ŻEE.
|
Fergħat ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li huma residenti fit-territorju ta' Stat Membru taż-żona tal-euro u li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsab fiż-ŻEE ma humiex parti mill-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar.