+Artikolu 4 Rekwiżiti ta' rapportar statistiku
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
|
Artikolu 4 Rekwiżiti ta' rapportar statistiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-aġenti ta' rappurtar għandhom jipprovdu lill-BĊN relevanti, jew direttament jew permezz tal-NCA relevanti, bis-saħħa ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali, u skont l-Annessi I u II:
|
(a)
|
fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istock ta' tmiem it-trimestru dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' korporazzjoniiet tal-assigurazzjoni, u b'konformità mal-Artikolu 5, aġġustamenti ta' rivalutazzjoni trimestrali jew tranżazzjonijiet finanzjarji, fejn applikabbli;
|
|
(b)
|
fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istock ta' tmiem it-trimestru dwar riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, mqassmin skont il-linja tan-negozju;
|
|
(c)
|
fuq bażi annwali, dejta dwar l-istock ta' tmiem is-sena dwar riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, mqassmin skont il-linja tan-negozju u ż-żona ġeografika.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Minbarra r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, l-aġenti tar-rapportar li huma korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni inkorporati u residenti fit-territorju ta' Stat Membru taż-żona tal-euro għandhom jipprovdu lill-BĊN relevanti, direttament jew permezz tal-NCA relevanti bis-saħħa ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali, informazzjoni dwar primjums miktubin, klejms imġarrba u kummissjonijiet imħallsin. Din l-informazzjoni għandha tingħata fuq bażi annwali skont l-Annessi I u II.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Il-BĊNi jistgħu jiksbu d-dejta li trid tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament mid-dejta li ġejja li tinġabar taħt il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE:
|
(a)
|
dejta li tinsab f'formoli ta' rapportar kwantitattiv għal rapportar superviżorju, trażmessi lil BĊNi minn NCAs, kemm jekk il-BĊN u l-NCA huma stabbiliti separatament kif ukoll integrati fi ħdan l-istess istituzzjoni, skont it-termini tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali bejn iż-żewġ entitajiet; jew
|
|
(b)
|
dejta li tinsab f'formoli ta' rapportar kwantitattiv għal rapportar superviżorju, trażmessi minn aġenti li jirrapportaw direttament u b'mod simultanju lil BĊN u NCA.
|
Fejn formola ta' rapportar kwantitattiv għal rapportar superviżorju ikun fiha dejta meħtieġa biex jitwettqu r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku ta' dan ir-Regolament, il-BĊNi għandhom ikollhom aċċess għall-formola kollha u kwalunkwe formola relatata li tkun meħtieġa għall-finijiet tal-kwalità tad-dejta.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni biex jipprovdu ġbir ċentralizzat mill-NCA relevanti ta' informazzjoni li tindirizza kemm ir-rekwiżiti ta' ġbir ta' dejta taħt il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE u r-rekwiżiti addizzjonali ta' ġbir ta' dejta ddefiniti f'dan ir-Regolament, b'konformità mal-liġi nazzjonali u termini ta' referenza armonizzati li jistgħu jiġu ddefiniti mill-BĊE.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Il-BĊNi għandhom jinformaw lill-aġenti tar-rapportar bl-iskopijiet varji li għalihom tinġabar id-dejta tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|