+Artikolu 7 Derogi
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
|
Artikolu 7 Derogi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Id-derogi jistgħu jingħataw lil korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni żgħar kif ġej:
|
(a)
|
il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni f'termini ta' sehem tas-suq kif iddefinit fl-Artikolu 35(6) tad-Direttiva 2009/138/KE, sakemm il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li jikkontribwixxu għall-karta tal-bilanċ aggregata trimestrali jammontaw għal tal-anqas 80 % tas-sehem tas-suq totali ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni f'kull Stat Membru taż-żona tal-euro;
|
|
(b)
|
il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni f'termini ta' sehem tas-suq kif iddefinit fl-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, sakemm il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni li jikkontribwixxu għall-karta tal-bilanċ aggregata trimestrali jammontaw għal tal-anaqas 95 % tas-sehem tas-suq totali ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni f'kull Stat Membru taż-żona tal-euro;
|
|
(c)
|
korporazzjoni tal-assigurazzjoni li ma hijiex meħtieġa tirrapporta xi dejta taħt il-punt (a) u (b) għandha tirrapporta sett ridott ta' informazzjoni, kif iddefinit mill-BĊN relevanti.
|
|
(d)
|
Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta' kull sena u fi żmien biżżejjed minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk ikun meħtieġ, xi deroga b'effett mill-bidu tas-sena kalendarja ta' wara.
|
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-rapportar ta' investimenti f'valuta u depożiti skont il-valur nominali.
Jekk id-dejta miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni turi li l-investimenti f'valuta u depożiti minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni residenti jammontaw għal anqas minn 10 % tat-total nazzjonali kkombinat tal-karti tal-bilanċ ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u anqas minn 10 % tal-investimenti totali ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni taż-żona tal-euro f'valuta u depożiti f'termini ta' stokks, il-BĊN relevanti jista' jiddeċiedi li ma jitlobx ir-rapportar ta' investimenti f'valuta u depożiti skont il-valur nominali. Il-BĊN relevanti għandu jinforma lill-aġenti tar-rapportar tiegħu b'deċiżjoni bħal din.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu minn deroga u li minnflok jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar statistiku kollha speċifikati fl-Artikolu 4. Jekk korporazzjoni tal-assigurazzjoni tagħmel għażla bħal din, hija għandha tikseb minn qabel il-kunsens tal-BĊN relevanti qabel kull użu sussegwenti tad-deroga.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|