2. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fir-rigward tar-rapportar ta' investimenti f'valuta u depożiti skont il-valur nominali.
Jekk id-dejta miġbura f'livell ogħla ta' aggregazzjoni turi li l-investimenti f'valuta u depożiti minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni residenti jammontaw għal anqas minn 10 % tat-total nazzjonali kkombinat tal-karti tal-bilanċ ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u anqas minn 10 % tal-investimenti totali ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni taż-żona tal-euro f'valuta u depożiti f'termini ta' stokks, il-BĊN relevanti jista' jiddeċiedi li ma jitlobx ir-rapportar ta' investimenti f'valuta u depożiti skont il-valur nominali. Il-BĊN relevanti għandu jinforma lill-aġenti tar-rapportar tiegħu b'deċiżjoni bħal din.