+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)
---+Artikolu 3 (20)
---+Artikolu 3 (21)
---+Artikolu 3 (22)
---+Artikolu 3 (23)
---+Artikolu 3 (24)
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 (1)
|
“emissjoni” tfisser l-iskariku ta' sustanzi mill-impjant tal-kombustjoni fl-arja;
|
|
Artikolu 3 (2)
|
“il-valur limitu tal-emissjonijiet” tfisser il-kwantità permessa ta' sustanza fil-gassijiet residwi mill-impjant ta' kombustjoni li jistgħu jiġu skarikati fl-arja tul perjodu partikolari;
|
|
Artikolu 3 (3)
|
“ossidi tan-nitroġenu” (NOx) tfisser ossidu nitriku u diossidu tan-nitroġenu, espressi bħala diossidu tan-nitroġenu (NO2);
|
|
Artikolu 3 (4)
|
“trab” tfisser partikoli ta' kull forma, struttura jew densità, imxerrdin waqt il-fażi tal-gass fil-kundizzjonijiet tal-punt tat-teħid tal-kampjuni, li jistgħu jinġabru permezz ta' filtrazzjoni f'kundizzjonijiet speċifikati wara t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi tal-gass li se jiġi analizzat, u li jibqgħu 'l fuq mill-filtru u fuq il-filtru wara t-tnixxif f'kundizzjonijiet speċifikati;
|
|
Artikolu 3 (5)
|
“impjant tal-kombustjoni” tfisser kull apparat tekniku fejn jiġu ossidizzati l-karburanti biex tintuża s-sħana li tiġi ġġenerata;
|
|
Artikolu 3 (6)
|
“impjant tal-kombustjoni eżistenti” tfisser impjant tal-kombustjoni li jkun beda jintuża qabel l-20 ta' Diċembru 2018 jew li jkun ingħata permess għalih qabel id-19 ta' Diċembru 2017 skont il-leġislazzjoni nazzjonali bil-kundizzjoni li l-impjant jibda jopera sa mhux aktar tard mill-20 ta' Diċembru 2018;
|
|
Artikolu 3 (7)
|
“impjant tal-kombustjoni ġdid” tfisser impjant tal-kombustjoni mhux eżistenti;
|
|
Artikolu 3 (8)
|
“magna” tfisser magna li taħdem bil-gass, bid-diesel jew b'żewġ karburanti;
|
|
Artikolu 3 (9)
|
“magna tal-gass” tfisser magna ta' kombustjoni interna li taħdem skont iċ-Ċiklu Otto u tuża tqabbid bix-xrar biex taħraq il-karburant;
|
|
Artikolu 3 (10)
|
“magna diesel” tfisser magna ta' kombustjoni interna li taħdem skont iċ-Ċiklu Diesel u tuża tqabbid bil-kompressjoni biex taħraq il-karburant;
|
|
Artikolu 3 (11)
|
“magna li tuża żewġ karburanti” tfisser magna b'kombustjoni interna li tuża tqabbid bil-kompressjoni u taħdem skont iċ-Ċiklu Diesel meta tkun qed taħraq karburanti likwidi u skont iċ-Ċiklu Otto meta tkun qed taħraq karburanti forma ta' gass;
|
|
Artikolu 3 (12)
|
“turbina tal-gass” tfisser kull magna li ddur u li tikkonverti l-enerġija termika fi tħaddim mekkaniku, u li prinċipalment tikkonsisti f'kompressur, apparat termiku fejn jiġi ossidat il-karburant biex isaħħan il-likwidu tat-tħaddim, u turbina; dan jinkludi t-turbini tal-gass b'ċiklu miftuh, it-turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat u t-turbini tal-gass f'koġenerazzjoni, ilkoll bi ħruq supplimentari jew mingħajru;
|
|
Artikolu 3 (13)
|
“sistema iżolata żgħira” (SIS) tfisser sistema iżolata żgħira kif definita fil-punt 26 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);
|
|
Artikolu 3 (14)
|
“sistema iżolata mikro” (MIS) tfisser sistema iżolata mikro kif definita fil-punt 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE;
|
|
Artikolu 3 (15)
|
“karburant” tfisser kull materjal kombustibbli solidu, likwidu jew gassuż;
|
|
Artikolu 3 (16)
|
“karburant tar-raffineriji” tfisser materjal kombustibbli solidu, likwidu jew gassuż mill-istadji ta' distillazzjoni u konverżjoni tar-raffinar ta' żejt mhux maħdum, inkluż gass tal-karburant tar-raffineriji, gass sintetiku, żjut tar-raffineriji u kokk petrolifiku;
|
|
Artikolu 3 (17)
|
“skart” tfisser skart kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);
|
|
Artikolu 3 (18)
|
“bijomassa” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn:
|
(a)
|
prodotti li jikkonsistu fi kwalunkwe materja veġetali mill-agrikultura jew mill-forestrija li tista' tintuża bħala karburant biex jittieħed il-kontenut tal-enerġija tagħha;
|
|
(b)
|
l-iskart li ġej:
|
(i)
|
skart veġetali mill-agrikoltura u l-forestrija;
|
|
(ii)
|
skart veġetali mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel, jekk tinġabar is-sħana ġġenerata;
|
|
(iii)
|
skart veġetali fibruż mill-produzzjoni ta' polpa verġni u mill-produzzjoni ta' karta mill-polpa, jekk tiġi koinċinerata fil-post tal-produzzjoni u tinġabar is-sħana ġġenerata;
|
|
(v)
|
skart tal-injam minbarra l-iskart tal-injam li jista' jkun fih komposti organiċi aloġenizzati jew metalli tqal bħala riżultat tat-trattament bi preservattiv jew b'kisi tal-injam u li jinkludi, b'mod partikolari, skart tal-injam bħal dak li joriġina mill-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni;
|
|
|
|
Artikolu 3 (19)
|
“żejt tal-gass” tfisser:
|
(a)
|
kwalunkwe karburant likwidu li ġej miż-żejt mhux maħdum u li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 , 2710 19 29 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 17 jew 2710 20 19 ; jew
|
|
(b)
|
kwalunkwe karburant likwidu li ġej miż-żejt mhux maħdum u li inqas minn 65 % minnu skont il-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f'250 °C u li tal-inqas 85 % minnu skont il-volum (inkluż it-telf) jiddistilla fi 350 °C bil-metodu ASTM D86;
|
|
|
Artikolu 3 (20)
|
“gass naturali” tfisser metan li jinħoloq b'mod naturali u li ma fihx aktar minn 20 % (skont il-volum) f'inerti u kostitwenti oħrajn;
|
|
Artikolu 3 (21)
|
“żejt kombustibbli tqil” tfisser:
|
(a)
|
kwalunkwe karburant likwidu li ġej miż-żejt mhux maħdum u li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 51 sa 2710 19 68 , 2710 20 31 , 2710 20 35 , jew 2710 20 39 ; jew
|
|
(b)
|
kwalunkwe karburant likwidu li ġej miż-żejt mhux maħdum, minbarra ż-żejt tal-gass kif definit fil-punt 19, li, minħabba l-limiti ta' distillazzjoni tiegħu, jaqa' taħt il-kategorija ta' żjut tqal maħsuba għall-użu bħala karburant u li inqas minn 65 % minnu skont il-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f'250 °C bil-metodu ASTM D86. Jekk id-distillazzjoni ma tkunx tista' tiġi determinata bil-metodu ASTM D86, il-prodott petroliferu jkun kategorizzat bl-istess mod bħala żejt kombustibbli tqil;
|
|
|
Artikolu 3 (22)
|
“sigħat ta' tħaddim” tfisser il-ħin, espress f'sigħat, li matulu l-impjant tal-kombustjoni jkun qed jopera u jitfa' l-emissjonijiet fl-arja, minbarra l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi;
|
|
Artikolu 3 (23)
|
“operatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tħaddem jew tikkontrolla l-impjant tal-kombustjoni, jew fejn huwa stipulat fil-leġislazzjoni nazzjonali, il-persuna li lilha jkun ġie ddelegat il-poter ekonomiku deċiżiv fuq it-tħaddim tekniku tal-impjant;
|
|
Artikolu 3 (24)
|
“żona” tfisser parti mit-territorju ta' Stat Membru, delimitat minn dak l-Istat Membru għall-fini tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja, kif stipulat fid-Direttiva 2008/50/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|