+Artikolu 5 Permessi u reġistrazzjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8

Artikolu 5 Permessi u reġistrazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda impjant tal-kombustjoni medju ġdid ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.

Artikolu 5 2

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2024 l-ebda impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2029 l-ebda impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' anqas minn jew ugwali għal 5 MW ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.

Artikolu 5 3

3.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċedura għall-ħruġ tal-permess jew għar-reġistrazzjoni fir-rigward ta' impjanti tal-kombustjoni medji. Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mill-inqas l-obbligu fuq l-operatur li jinforma lill-awtorità kompetenti dwar it-tħaddim tal-impjant jew dwar il-ħsieb li jħaddem, impjant tal-kombustjoni medju u li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness I.

Artikolu 5 4

4.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-impjant tal-kombustjoni medju, jew tibda l-proċedura biex jinħariġlu permess, fi żmien xahar wara li l-operatur ikun ipprovda l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operatur b'tali reġistrazzjoni jew bil-bidu tal-proċedura għall-ħruġ ta' permess.

Artikolu 5 5

5.   L-awtorità kompetenti għandha iżommreġistru bl-informazzjoni dwar kull impjant tal-kombustjoni medju, inkluża l-informazzjoni elenkata fl-Anness I u l-informazzjoni li tinkiseb skont l-Artikolu 9. L-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mid-data tar-reġistrazzjoni jew mid-data ta' meta jinħareġ permess f'konformità ma' din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed r-reġistru għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz tal-internet, f'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE.

Artikolu 5 6

6.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' impjanti tal-kombustjoni medji li jkollhom permess jew li jkunu reġistrati, l-Istati Membri jistgħu jinkludu rekwiżiti għal ċerti kategoriji ta' impjanti tal-kombustjoni medji fir-regoli vinkolanti ġenerali. Fejn jiġu adottati reġoli vinkolanti ġenerali, il-permess jew ir-reġistrazzjoni jistgħu jinkludu sempliċement referenza għal dawn ir-regoli.

Artikolu 5 7

7.   Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li huma parti minn installazzjoni koperta mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala ssodisfati permezz tal-konformità ma' dik id-Direttiva.

Artikolu 5 8

8.   Kwalunkwe permess maħruġ jew reġistrazzjoni li ssir skont leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni oħra jistgħu jiġu amalgamati mal-permess jew mar-reġistrazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 biex jiffurmaw permess uniku jew reġistrazzjoni unika sakemm dak il-permess uniku jew dik ir-reġistrazzjoni unika jkun fihom l-informazzjoni rikjesta skont dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.