2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2024 l-ebda impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2029 l-ebda impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' anqas minn jew ugwali għal 5 MW ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.