+Artikolu 6 5

Artikolu 6 5

5.   Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II sakemm mill-inqas 50 % tal-produzzjoni termika utli tal-impjant, bħala medja mobbli tul perjodu ta' ħames snin, titwassal fil-forma ta' fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-1 100 mg/Nm3 għall-SO2 u l-150 mg/Nm3 għat-trab.

Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impjanti tal-kombustjoni medji li jaħarqu l-bijomassa solida bħala l-karburant prinċipali, u li jkunu jinsabu f'żoni fejn skont il-valutazzjonijiet magħmula fil-qafas tad-Direttiva 2008/50/KE, tkun żgurata l-konformità mal-valuri limitu ta' dik id-Direttiva, mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet ta' trab stipulati fl-Anness II ma' din id-Direttiva. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, il-valuri limitu tal-emissjonijiet għat-trab stabbiliti mill-awtorità kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-150 mg/Nm3.

Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ma jiġi kkawżat ebda tniġġis sinifikanti u li jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien fir-rigward tal-ambjent kollu kemm hu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.