+Artikolu 6 Valuri limitu tal-emissjonijiet
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
---+Artikolu 6 9
---+Artikolu 6 10
---+Artikolu 6 11
---+Artikolu 6 12
---+Artikolu 6 13
|
Artikolu 6 Valuri limitu tal-emissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, fejn hu applikabbli, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II mad-Direttiva għandhom japplikaw għall-impjanti tal-kombustjoni medji.
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II ma għandhomx japplikaw għall-impjanti medji tal-kombustjoni fil-Gżejjer Kanarji, fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u fl-Azoresu f'Madeira. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet għal dawn l-impjanti sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom fl-arja u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Mill-1 ta' Jannar 2025 l-emissjonijiet fl-arja ta' SO2, NOx u trab minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabelli 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
Mill-1 ta' Jannar 2030 l-emissjonijiet fl-arja ta' SO2, NOx u trab minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' anqas minn jew ugwali għal 5 MW ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabelli 1 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' ħames snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu sa 1 000 siegħa ta' tħaddim fil-każijiet li ġejjin ta' emerġenza jew ċirkustanzi straordinarji:
|
—
|
għall-produzzjoni ta' enerġija ta' riżerva fi gżejjer konnessi, fil-każ ta' qtugħ fil-provvista prinċipali ta' enerġija lil gżira;
|
|
—
|
għall-impjanti tal-kombustjoni medji użati għall-produzzjoni tas-sħana f'każ ta' temp kiesaħ aktar min-normal.
|
Fil-każijiet kollha elenkati f'dan il-paragrafu għall-impjanti li jaħarqu karburanti solidi għandu japplika valur limitu tal-emissjonijiet għat-trab ta' 200 mg/Nm3.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. L-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti li huma parti minn SIS jew MIS għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II mill-1 ta' Jannar 2030.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II sakemm mill-inqas 50 % tal-produzzjoni termika utli tal-impjant, bħala medja mobbli tul perjodu ta' ħames snin, titwassal fil-forma ta' fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-1 100 mg/Nm3 għall-SO2 u l-150 mg/Nm3 għat-trab.
Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impjanti tal-kombustjoni medji li jaħarqu l-bijomassa solida bħala l-karburant prinċipali, u li jkunu jinsabu f'żoni fejn skont il-valutazzjonijiet magħmula fil-qafas tad-Direttiva 2008/50/KE, tkun żgurata l-konformità mal-valuri limitu ta' dik id-Direttiva, mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet ta' trab stipulati fl-Anness II ma' din id-Direttiva. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, il-valuri limitu tal-emissjonijiet għat-trab stabbiliti mill-awtorità kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-150 mg/Nm3.
Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ma jiġi kkawżat ebda tniġġis sinifikanti u li jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien fir-rigward tal-ambjent kollu kemm hu.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW u li jintużaw biex iħaddmu stazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza ta' sistema tat-trażmissjoni tal-gass nazzjonali, mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet ta' NOx stipulati fit-Tabella 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
|
|
Artikolu 6 7
|
7. Mill-20 ta' Diċembru 2018, l-emissjonijiet fl-arja ta' SO2, NOx u ta' trab minn impjant tal-kombustjoni medju ġdid ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II.
|
|
Artikolu 6 8
|
8. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' tliet snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, għall-impjanti li jaħarqu karburanti solidi għandu japplika valur limitu tal-emissjonijiet għat-trab ta' 100 mg/Nm3.
|
|
Artikolu 6 9
|
9. F'żoni jew partijiet minn żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja tal-UE stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li, għall-impjanti tal-kombustjoni medji individwali f'dawk iż-żoni jew f'partijiet minn żoni, japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, bħala parti mill-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni ta' dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet tikkontribwixxi effettivament għal titjib evidenti fil-kwalità tal-arja.
|
|
Artikolu 6 10
|
10. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi dwar il-livelli ta' emissjonijiet li jistgħu jintlaħqu bl-aqwa teknoloġija disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni.
|
|
Artikolu 6 11
|
11. L-awtorità kompetenti tista' tagħti deroga għal perjodu massimu ta' sitt xhur mill-obbligu ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 għall-SO2 fir-rigward ta' impjant tal-kombustjoni medju li normalment juża karburant li jkun fih livell baxx ta' kubrit, f'każijiet fejn l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma ma' dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet minħabba interruzzjoni fil-forniment ta' karburant b'livell baxx ta' kubrit minħabba nuqqas serju ta' karburant.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar.
|
|
Artikolu 6 12
|
12. L-awtorità kompetenti tista' tagħti deroga mill-obbligu ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 f'każijiet fejn impjant tal-kombustjoni medju li juża biss karburant gassuż, f'każ eċċezzjonali jkollu jdur għall-użu ta' karburanti oħra minħabba xi interruzzjoni ħesrem fil-forniment tal-gass, u għalhekk ikun jeħtieġ apparat sekondarju ta' purifikazzjoni. Il-perjodu li għalih tingħata deroga ma għandux jaqbeż 10 ijiem ħlief f'każ li l-operatur jipprova mal-awtorità kompetenti li perjodu itwal ikun ġustifikat.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar.
|
|
Artikolu 6 13
|
13. Meta impjant tal-kombustjoni juża żewġ karburanti jew aktar simultanjament, il-valur limitu tal-emissjonijiet għal kull sustanza niġġiesa għandu jiġi kkalkulat billi:
|
(a)
|
jintuża l-valur limitu tal-emissjonijiet rilevanti għal kull karburant individwalment, kif stabbiliti fl-Anness II;
|
|
(b)
|
jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet skont il-karburant, li jinkisbu bil-multiplikazzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet individwali msemmija fil-punt (a) bil-qawwa termika mogħti minn kull karburant, imbagħad jiġi diviż il-prodott tal-multiplikazzjoni bis-somma tal-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha; u
|
|
(c)
|
jiġu aggregati l-valuri limitu tal-emissjonijiet b'koeffiċjent korrettiv skont il-karburant.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|