9. F'żoni jew partijiet minn żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja tal-UE stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li, għall-impjanti tal-kombustjoni medji individwali f'dawk iż-żoni jew f'partijiet minn żoni, japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, bħala parti mill-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni ta' dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet tikkontribwixxi effettivament għal titjib evidenti fil-kwalità tal-arja.