11. L-awtorità kompetenti tista' tagħti deroga għal perjodu massimu ta' sitt xhur mill-obbligu ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 għall-SO2 fir-rigward ta' impjant tal-kombustjoni medju li normalment juża karburant li jkun fih livell baxx ta' kubrit, f'każijiet fejn l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma ma' dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet minħabba interruzzjoni fil-forniment ta' karburant b'livell baxx ta' kubrit minħabba nuqqas serju ta' karburant.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar.