12. L-awtorità kompetenti tista' tagħti deroga mill-obbligu ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 f'każijiet fejn impjant tal-kombustjoni medju li juża biss karburant gassuż, f'każ eċċezzjonali jkollu jdur għall-użu ta' karburanti oħra minħabba xi interruzzjoni ħesrem fil-forniment tal-gass, u għalhekk ikun jeħtieġ apparat sekondarju ta' purifikazzjoni. Il-perjodu li għalih tingħata deroga ma għandux jaqbeż 10 ijiem ħlief f'każ li l-operatur jipprova mal-awtorità kompetenti li perjodu itwal ikun ġustifikat.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar.