+Artikolu 7 Obbligi tal-operatur
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
---+Artikolu 7 7
---+Artikolu 7 8
---+Artikolu 7 9

Artikolu 7 Obbligi tal-operatur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq il-monitoraġġ tal-emissjonijiet, skont, minn tal-inqas, il-Parti 1 tal-Anness III.

Artikolu 7 2

2.   Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jużaw għadd ta' karburanti, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet għandu jsir waqt il-ħruq ta' karburant jew ta' taħlita ta' karburanti li x'aktarx ikun juri l-ogħla livell ta' emissjonijiet u f'ħin li jirrappreżenta l-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim.

Artikolu 7 3

3.   L-operatur għandu jżomm rekord tar-riżultati kollha tal-monitoraġġ u jipproċessahom b'tali mod li tkun tista' tiġi vverifikata l-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness III.

Artikolu 7 4

4.   Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jużaw apparat ta' purifikazzjoni sekondarju biex jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jżomm rekord ta', jew informazzjoni li tipprova, it-tħaddim kontinwu effettiv ta' dan l-apparat.

Artikolu 7 5

5.   L-operatur ta' impjant tal-kombustjoni medju għandu jżomm dawn li ġejjin:

(a)

il-permess jew il-prova tar-reġistrazzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti u, jekk rilevanti, il-verżjoni aġġornata tagħhom u informazzjoni relatata;

(b)

ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u 4;

(c)

fejn japplika, rekord tas-sigħat ta' tħaddim kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 6(8);

(d)

rekord tat-tip u l-kwantitajiet ta' karburanti li jintużaw fl-impjant u ta' kwalunkwe funzjonament ħażin jew ħsara fl-apparat ta' purifikazzjoni sekondarju;

(e)

rekord tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u l-miżuri meħuda, kif imsemmija fil-paragrafu 7.

Id-data u l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinżammu mill-inqas għal perjodu ta' sitt snin.

Artikolu 7 6

6.   L-operatur għandu, mingħajr dewmien żejjed, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, id-data u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. L-awtorità kompetenti tista' tagħmel talba bħal din biex tkun tista' twettaq kontroll tal-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel tali talba, jekk membru tal-pubbliku jitlob aċċess għad-data jew l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5.

Artikolu 7 7

7.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jerġa' jkun hemm konformità fl-iqsar żmien possibbli, mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti skont l-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar it-tip, il-frekwenza u l-format tal-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi lill-awtorità kompetenti f'każ ta' nuqqas ta' konformità.

Artikolu 7 8

8.   L-operatur għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-awtorità kompetenti biex tkun tista' twettaq spezzjonijiet u żjarat fuq il-post, tieħu kampjuni u tiġbor kull informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7 9

9.   L-operatur għandu jżomm l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi tal-impjant tal-kombustjoni medju qosra kemm jista' jkun.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.