1. Sal- 1 ta' Ottubru 2026 u sal-1 ta' Ottubru 2031, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni b'informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi vverifikata l-konformità tat-tħaddim tal-impjanti tal-kombustjoni medji ma' din id-Direttiva u dwar kwalunkwe azzjoni ta' infurzar għall-finijiet tagħha.
L-ewwel rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' SO2, NOx u trab mill-impjanti tal-kombustjoni medji, raggruppati skont it-tip ta' impjant, it-tip ta' karburant li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.