+Artikolu 11 Rappurtar
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Sal- 1 ta' Ottubru 2026 u sal-1 ta' Ottubru 2031, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni b'informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi vverifikata l-konformità tat-tħaddim tal-impjanti tal-kombustjoni medji ma' din id-Direttiva u dwar kwalunkwe azzjoni ta' infurzar għall-finijiet tagħha.
L-ewwel rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' SO2, NOx u trab mill-impjanti tal-kombustjoni medji, raggruppati skont it-tip ta' impjant, it-tip ta' karburant li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. L-Istati Membri għandhom ukoll jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni, sal-1 ta' Jannar 2021, bi stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' CO u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-konċentrazzjoni ta' emissjonijiet ta' CO mill-impjanti tal-kombustjoni medji, raggruppati skont it-tip ta' karburant li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Biex ikun jista' jsir ir-rappurtar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda elettronika għar-rappurtar għad-disponibbiltà tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-forom tekniċi għar-rappurtar biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' sinteżi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li tirċievi r-rapporti mingħand l-Istati Membri, b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u billi tqis l-informazzjoni li tkun saret disponibbli skont l-Artikolu 6(11) u l-Artikolu 6(12).
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni ser ikollha l-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.11.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2193
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|