3. Biex ikun jista' jsir ir-rappurtar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda elettronika għar-rappurtar għad-disponibbiltà tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-forom tekniċi għar-rappurtar biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15.