Artikolu 10
Monitoraġġ abbażi ta' kull sena
Fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull sena kalendarja, il-kumpanniji għandhom jimmonitorjaw, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Parti B tal-Anness II, il-parametri li ġejjin:
(a)
l-ammont u l-fattur ta' emissjoni għal kull tip ta' fjuwil ikkonsmat bħala total;
(b)
l-ammont totali ta'
►M2
gass serra ◄ aggregat emess fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(c)
l-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
(d)
l-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
(e)
l-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ aggregati mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
(f)
l-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
(g)
it-totali tad-distanza vjaġġata;
(h)
it-totali tal-ħin ta' tbaħħir;
(i)
it-totali tax-xogħol ta' trasport;
(j)
il-medju tal-effiċjenza enerġetika;
▼M2
(k)
l-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu f’konformità mal-Anness I għal dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) ta’ dik id-Direttiva prevista fl-Artikolu 12(3-e) sa (3-b) tagħha.
▼B
Il-kumpanniji jistgħu jagħmlu monitoraġġ tal-informazzjoni marbuta mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u dik marbuta man-navigazzjoni minn ġos-silġ, fejn applikabbli.
Il-kumpanniji jistgħu wkoll jagħmlu monitoraġġ tal-fjuwil ikkunsmat u ta'
►M2
gass serra ◄ emess billi jiddifferenzjaw abbażi ta' kriterji oħra definiti fil-pjan ta' monitoraġġ.