+Artikolu 9 Monitoraġġ abbażi ta' kull vjaġġ
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.

Artikolu 9 Monitoraġġ abbażi ta' kull vjaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Fuq il-bażi tal-pjan ta' monitoraġġ ivvalutat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment li jasal fi, jew jitlaq minn, port, u għal kull vjaġġ lejn jew minn port, li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, il-kumpanniji għandhom jimmonitorjaw, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Parti A tal-Anness II, il-parametri li ġejjin:

(a) 

il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;

(b) 

l-ammont u l-fattur ta' emissjoni għal kull tip ta' fjuwil totalment ikkonsmat;

(c) 

►M2  gass serra ◄ emess;

(d) 

id-distanza vjaġġata;

(e) 

il-ħin fuq il-baħar;

(f) 

il-merkanzija li nġarret;

(g) 

ix-xogħol ta' trasport.

Il-kumpanniji jistgħu wkoll jagħmlu monitoraġġ tal-informazzjoni relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u dik relatata man-navigazzjoni minn ġos-silġ, fejn applikabbli.

Artikolu 9 2.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, kumpannija għandha tiġi eżentata mill-obbligu ta' monitoraġġ tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fuq bażi ta' kull vjaġġ fir-rigward ta' bastiment speċifiku, jekk:

(a) 

il-vjaġġi kollha tal-bastiment matul il-perijodu ta' rappurtar jibdew minn port jew jintemmu f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; u

(b) 

il-bastiment, skont l-iskeda tiegħu, jagħmel aktar minn 300 vjaġġ matul il-perijodu ta' rappurtar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.