+Artikolu 13 Kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' verifika u tar-rapport ta' verifika
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.

Artikolu 13 Kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' verifika u tar-rapport ta' verifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-pjan ta' monitoraġġ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Fejn il-valutazzjoni tal-verifikatur tidentifika nonkonformitajiet ma' dawk ir-rekwiżiti, il-kumpannija konċernata għandha tirrivedi l-pjan ta' monitoraġġ tagħha kif meħtieġ u tippreżenta pjan rivedut għall-valutazzjoni finali mill-verifikatur qabel ma jibda l-perijodu ta' rappurtar. Il-kumpannija għandha taqbel mal-verifikatu dwar qafas ta' żmien meħtieġ biex tintroduċi dawk ir-reviżjonijiet. Dak il-qafas ta' żmien ma għandux, fi kwalunkwe każ, jiskorri l-bidu tal-perijodu ta' rappurtar.
Artikolu 13 2.
Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tar-rapport dwar l-emissjonijiet u tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(2) mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 u fl-Annessi I u II.
Artikolu 13 3.
Fejn il-valutazzjoni tal-verifika tikkonkludi, b'assigurazzjoni raġonevoli mill-verifikatur, li r-rapport dwar l-emissjonijiet huwa ħieles minn-dikjarazzjonijiet skorretti materjali, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta' verifika li jiddikjara li r-rapport dwar l-emissjonijiet ġie vverifikat bħala sodisfaċenti. Ir-rapport ta' verifika għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma mwettqa mill-verifikatur.
Artikolu 13 4.
Fejn il-valutazzjoni tal-verifika tikkonkludi li r-rapport dwar l-emissjonijiet jinkludi dikjarazzjonijiet skoretti jew nonkonformitajiet mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-verifikatur għandu jinforma lill-kumpannija dwarhom f'waqtu. Il-kumpannija għandha konsegwentement tikkorreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet sabiex tippermetti li jiġi ffinalizzat il-proċess ta' verifika fil-ħin u għandha tippreżenta lill-verifikatur ir-rapport rivedut dwar l-emissjonijiet u kull informazzjoni oħra li kienet meħtieġa biex tikkorreġi n-nonkonformitajiet identifikati. Fir-raport ta' verifika tiegħu, il-verifikatur għandu jiddikjara jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet identifikati waqt il-valutazzjoni tal-verifika ġewx ikkorreġuti mill-kummpannija. Fejn ma jkunux ġew ikkorreġuti d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet ikkomunikati, u b'mod individwali jew kombinat, iwasslu għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta' verifika li jiddikjara li r-rapport dwar l-emissjonijiet mhuwiex konformi ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 13 5.
Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.

Meta l-verifikatur jikkonkludi, b’assigurazzjoni raġonevoli, li d-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tkun ħielsa minn dikjarazzjonijiet ħżiena materjali, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika li jiddikjara li d-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tkun ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.

Artikolu 13 6.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bir-regoli għall-verifika tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, inklużi l-metodi ta’ verifika u l-proċedura ta’ verifika, u l-ħruġ ta’ rapport ta’ verifika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.