+Artikolu 15 Proċeduri ta' verifika
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.

Artikolu 15 Proċeduri ta' verifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta' monitoraġġ u ta' rappurtar billi jqabbel l-emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ irrappurtati b'data stmata ibbażata fuq id-data tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata. Fejn jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti, il-verifikatur għandu jagħmel analiżijiet ulterjuri.
Artikolu 15 2.
Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-istadji differenti tal-kalkolu billi jirrivedi s-sorsi tad-data u l-metodoloġiji kollha użati.
Artikolu 15 3.
Il-verifikatur għandu jqis kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-kumpannija biex jitnaqqsu l-livelli ta' inċertezza assoċjati mal-preċiżjoni speċifika għall-metodi ta' monitoraġġ użati.
Artikolu 15 4.
Il-kumpannija għandha tipprovdi lill-verifikatur b'kull informazzjoni addizzjonali li jippermettilu jwettaq il-proċeduri ta' verifika. Il-verifikatur jista' jagħmel kontrolli fuq il-post matul il-proċess ta' verifika sabiex jistabbilixxi l-affidabbiltà tad-data u l-informazzjoni rrappurtati.
Artikolu 15 5.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23, sabiex tispeċifika aktar ir-regoli għall-attivitajiet ta' verifika msemmija f'dan ir-Regolament. Meta tadotta dawn l-atti, il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III. Ir-regoli speċifikati f'dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikolu 14 u fuq standards rilevanti aċċettati internazzjonalment.
Artikolu 15 6.
Fir-rigward tal-verifika tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, il-verifikatur u l-kumpanija għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ verifika stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 13(6). Il-verifikatur ma għandux jivverifika r-rapport dwar l-emissjonijiet u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(2) ta’ kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.