+Artikolu 3 Salvagwardja ta’ aċċess għal Internet miftuħ
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.

Artikolu 3 Salvagwardja ta’ aċċess għal Internet miftuħ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
L-utenti aħħarin għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jxerrdu informazzjoni u kontenut, jużaw u jipprovdu applikazzjonijiet u servizzi u jużaw tagħmir terminali tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-post fejn jinsab l-utent aħħari jew il-fornitur, jew il-post, l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-informazzjoni, il-kontenut, l-applikazzjoni jew is-servizz permezz tas-servizz ta’ aċċess għall-Internet tagħhom.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġi tal-Unjoni, marbuta mal-legalità tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi.

Artikolu 3 2.
Ftehimiet bejn fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet u utenti aħħarin dwar kondizzjonijiet kummerċjali u tekniċi u l-karatteristiċi ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet bħall-prezz, il-volumi jew il-veloċità tad-data, u kwalunkwe prattika kummerċjali mwettqa mill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet, ma għandhomx jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti aħħarin stipulati fil-paragrafu 1.
Artikolu 3 3.
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom jittrattaw it-traffiku kollu bl-istess mod, meta jipprovdu servizzi ta’ aċċess għall-Internet, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew interferenza, u irrispettivament minn min jibgħat u min jirċievi, mill-kontenut aċċessat jew imxerred, mill-applikazzjonijiet jew is-servizzi użati jew ipprovduti, jew mit-tagħmir terminali użat.

L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprevjeni lill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet milli jimplimentaw miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku. Sabiex jitqiesu raġonevoli, dawn il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati, u ma għandhomx ikunu msejsa fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali iżda fuq rekwiżiti oġġettivament differenti għall-kwalità teknika tas-servizz ta’ kategoriji speċifiċi tat-traffiku. Miżuri bħal dawn m’għandhomx jissorveljaw il-kontenut speċifiku u ma għandhomx jinżammu għal aktar żmien milli jkun meħtieġ.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet ma għandhomx iwettqu miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku li jmorru lil hinn minn dawk imniżżla fit-tieni subparagrafu, u b’mod partikolari ma għandhomx jimblokkaw, inaqqsu l-veloċità ta’, ibiddlu, jirrestrinġu, jinterferixxu fi, jiddegradaw jew jiddiskriminaw bejn kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew kategoriji speċifiċi ta’ dawn, ħlief kif meħtieġ, u biss għal kemm ikun meħtieġ, sabiex:

(a) 

ikun hemm konformità mal-atti leġislattivi tal-Unjoni, jew il-leġislazzjoni nazzjonali li hija konformi mal-liġi tal-Unjoni, li għaliha l-fornitur tas-servizzi tal-aċċess għall-Internet huwa soġġett, jew ma’ miżuri li huma konformi mal-liġi tal-Unjoni li jagħmlu effettivi tali atti leġislattivi tal-Unjoni jew leġislazzjoni nazzjonali, inklużi ordnijiet minn qrati jew awtoritajiet pubbliċi li jkunu ngħataw is-setgħat rilevanti;

(b) 

jitħarsu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerk, tas-servizzi pprovduti permezz ta’ dak in-netwerk, u tat-tagħmir tat-terminal tal-utenti aħħarin;

(c) 

tiġi pprevenuta konġestjoni imminenti tan-netwerk u jittaffew l-effetti ta’ konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja tan-netwerk, sakemm il-kategoriji ekwivalenti tat-traffiku jiġu trattati bl-istess mod.

Artikolu 3 4.
Kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tat-traffiku tista’ tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali biss jekk tali proċessar ikun meħtieġ u proporzjonat biex jinkisbu l-miri stipulati fil-paragrafu 3. Ipproċessar bħal dan għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku għandhom ukoll jikkonformaw mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Artikolu 3 5.
Il-fornituri tal-komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, inklużi l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet, u l-fornituri ta’ kontenut, applikazzjonijiet u servizzi għandhom ikunu liberi li joffru servizzi għajr servizzi ta’ aċċess għall-Internet li jitħaddmu bl-aħjar mod għal kontenut, applikazzjonijiet jew servizzi speċifiċi, jew taħlita tagħhom, meta t-tħaddim bl-aħjar mod ikun meħtieġ sabiex jitħarsu r-rekwiżiti tal-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi għal livell speċifiku ta’ kwalità.

Il-fornituri ta’ komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, inklużi l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet, jistgħu joffru jew jiffaċilitaw servizzi bħal dawn biss jekk il-kapaċità tan-netwerk tkun biżżejjed biex jiġu pprovduti flimkien ma’ kwalunkwe servizz ta’ aċċess għall-Internet ipprovdut. Servizzi bħal dawn ma għandhomx ikunu jistgħu jintużaw jew jiġu offruti bħala sostitut għal servizzi ta’ aċċess għall-Internet, u ma għandhomx ikunu jagħmlu ħsara lid-disponibbiltà jew il-kwalità ġenerali tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet għall-utenti aħħarin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2120
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.