|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom jiżguraw li kwalunkwe kuntratt li jinkludi servizzi ta’ aċċess għall-Internet jispeċifika mill-inqas:
(a)
informazzjoni dwar kif il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku applikati minn dak il-fornitur jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet, il-privatezza tal-utenti aħħarin u l-ħarsien tad-data personali tagħhom;
(b)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar kif kwalunkwe limitazzjoni fil-volum tad-data, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq is-servizzi ta’ aċċess għall-Internet, u b’mod partikolari fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;
(c)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar kif kwalunkwe servizz imsemmi fl-Artikolu 3(5) li għalih ikun abbonat l-utent aħħari jista’ fil-prattika jkollu impatt fuq is-servizzi ta’ aċċess għall-Internet ipprovduti lil dak utent aħħari;
(d)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar il-veloċità minima, normalment disponibbli, massima u rreklamata tat-tniżżil u tat-tlugħ ta’ data tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet fil-każ ta’ netwerks fissi, jew tal-veloċità massima u rreklamata stmata tat-tniżżil u t-tlugħ ta’ data tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet fil-każ ta’ netwerks mobbli, u dwar kif devjazzjonijiet sinifikanti mill-veloċitajiet irreklamati rispettivi tat-tniżżil u t-tlugħ ta’ data jistgħu jolqtu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti aħħarin stipulati fl-Artikolu 3(1);
(e)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem tar-rimedji disponibbli għall- konsumatur skont il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ kwalunkwe diskrepanza kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni proprja tas-servizz ta’ aċċess għall-Internet fir-rigward tal-veloċità jew parametri oħrajn tal-kwalità tas-servizz u l-prestazzjoni indikata skont il-punti (a) sa (d). Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|