+Artikolu 4 Miżuri ta’ trasparenza biex jiġi żgurat aċċess għal Internet miftuħ
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
|
Artikolu 4 Miżuri ta’ trasparenza biex jiġi żgurat aċċess għal Internet miftuħ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom jiżguraw li kwalunkwe kuntratt li jinkludi servizzi ta’ aċċess għall-Internet jispeċifika mill-inqas:
(a)
informazzjoni dwar kif il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku applikati minn dak il-fornitur jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet, il-privatezza tal-utenti aħħarin u l-ħarsien tad-data personali tagħhom;
(b)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar kif kwalunkwe limitazzjoni fil-volum tad-data, il-veloċità u parametri oħra tal-kwalità tas-servizzi, jistgħu, fil-prattika, ikollhom impatt fuq is-servizzi ta’ aċċess għall-Internet, u b’mod partikolari fuq l-użu tal-kontenut, tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi;
(c)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar kif kwalunkwe servizz imsemmi fl-Artikolu 3(5) li għalih ikun abbonat l-utent aħħari jista’ fil-prattika jkollu impatt fuq is-servizzi ta’ aċċess għall-Internet ipprovduti lil dak utent aħħari;
(d)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem dwar il-veloċità minima, normalment disponibbli, massima u rreklamata tat-tniżżil u tat-tlugħ ta’ data tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet fil-każ ta’ netwerks fissi, jew tal-veloċità massima u rreklamata stmata tat-tniżżil u t-tlugħ ta’ data tas-servizzi ta’ aċċess għall-Internet fil-każ ta’ netwerks mobbli, u dwar kif devjazzjonijiet sinifikanti mill-veloċitajiet irreklamati rispettivi tat-tniżżil u t-tlugħ ta’ data jistgħu jolqtu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti aħħarin stipulati fl-Artikolu 3(1);
(e)
spjegazzjoni ċara u li tista’ tinftiehem tar-rimedji disponibbli għall- konsumatur skont il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ kwalunkwe diskrepanza kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni proprja tas-servizz ta’ aċċess għall-Internet fir-rigward tal-veloċità jew parametri oħrajn tal-kwalità tas-servizz u l-prestazzjoni indikata skont il-punti (a) sa (d).
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet għandhom iqiegħdu fil-prattika proċeduri trasparenti, sempliċi u effiċjenti biex jindirizzaw l-ilmenti tal-utenti aħħarin marbutin mad-drittijiet u l-obbligi stipulati fl-Artikolu 3 u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Ir-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafi 1 u 2 jiżdiedu ma’ dawk previsti fid-Direttiva 2002/22/KE u ma għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu rekwiżiti addizzjonali ta’ monitoraġġ, informazzjoni u trasparenza, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kontenut, il-forma u l-mezz tal-informazzjoni li tkun ser tiġi ppubblikata. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 2002/21/KE u 2002/22/KE.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti, li tkun kontinwa jew li sseħħ regolarment, bejn il-prestazzjoni proprja tas-servizz ta’ aċċess għall-Internet fejn tidħol il-veloċità jew parametri oħrajn tal-kwalità tas-servizz u l-prestazzjoni indikata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet skont il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 għandha, fejn il-fatti rilevanti jiġu stabbiliti minn mekkaniżmu ta’ monitoraġġ iċċertifikat mill-awtorità regolatorja nazzjonali, itqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-prestazzjoni sabiex jiġu attivati r-rimedji disponibbli għall-konsumatur skont il-liġi nazzjonali. Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal kuntratti konklużi jew imġedda mid-29 ta’ Novembru 2015.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2120
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|