+Artikolu 1 Għan u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
|
Artikolu 1 Għan u kamp ta' applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1
|
1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit li jirriżultaw mill-kombustjoni ta' ċerti tipi ta' karburanti likwidi u b'hekk jitnaqqsu l-effetti ħżiena ta' tali emissjonijiet fuq il-bniedem u l-ambjent.
|
|
Artikolu 1 2
|
2. It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit li jirriżulta mill-kombustjoni ta' ċerti karburanti likwidi derivati miż-żejt għandu jinkiseb billi jkunu imposti limiti fuq il-kontenut ta' kubrit ta' tali karburanti bħala kondizzjoni għall-użu tagħhom fit-territorju, l-ibħra territorjali u ż-żoni ekonomiċi esklussivi jew żoni ta' kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri.
Il-limitazzjonijiet fuq il-kontenut ta' kubrit f'ċerti karburanti likwidi derivati miż-żejt kif stabbiliti f'din id-Direttiva ma għandhomx, madankollu, japplikaw għal:
|
(a)
|
karburanti maħsuba għal skopijiet ta' riċerka u ittestjar;
|
|
(b)
|
karburanti maħsuba għall-ipproċessar qabel il-kombustjoni finali;
|
|
(c)
|
karburanti li għandhom jiġu proċessati fl-industrija tar-raffinazzjoni;
|
|
(d)
|
karburanti wżati u mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni sakemm l-Istati Membri relevanti jiżguraw li f'dawk ir-reġjuni:
|
(i)
|
l-istandards tal-kwalità tal-arja jiġu osservati;
|
|
(ii)
|
żjut karburanti tqal ma jkunux użati f'każ li l-kontenut tagħhom ta' kubrit ikun iktar minn 3 % tal-massa;
|
|
|
(e)
|
karburanti wżati minn bastimenti tal-gwerra u bastimenti oħra f'servizz militari. Madankollu, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu sabiex jiżgura, billi jadotta l-miżuri adegwati li ma jxekklux l-operazzjonijiet jew il-kapaċità operazzjonali ta' dawk il-bastimenti, li l-bastimenti joperaw b'mod konsistenti, safejn ikun raġonevoli u prattiku, ma' din id-Direttiva;
|
|
(f)
|
kwalunkwe użu ta' karburant f'bastiment meħtieġ għall-iskop speċifiku tal-protezzjoni tas-sigurtà ta' bastiment jew biex tiġi salvata l-ħajja fuq il-baħar;
|
|
(g)
|
kwalunkwe użu ta' karburanti f'bastiment li jsir meħtieġ minħabba xi danni li jkun sofra l-bastiment jew it-tagħmir tiegħu, sakemm jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha wara li jkun seħħ id-dannu sabiex jipprevjenu jew jimminimizzaw emissjonijiet eċċessivi u sakemm il-miżuri jittieħdu kemm jista' jkun malajr għat-tiswija tad-dannu. Dan ma japplikax jekk is-sid jew il-kaptan ikun aġixxa bil-ħsieb li jikkawża d-dannu, jew bi traskuraġni;
|
|
(h)
|
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, il-karburanti użati abbord bastimenti li jużaw metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikoli 8 u 10.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|